20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – SC Mitliv Exim SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-81/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Drittijiet fundamentali - Prinċipju ne bis in idem - Kumulu ta’ sanzjonijiet kriminali u amministrattivi - Inapplikabbiltà - Obbligi fiskali anċillari - Interessi fuq somma mħallsa mill-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ proċedura kriminali)
(2021/C 382/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SC Mitliv Exim SRL
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Dispożittiv
L-Artikoli 2 u 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tranżazzjonijiet taxxabbli seħħew u t-taxxa fuq il-valur miżjud relatata hija dovuta, ħlas, anki provviżorju, intiż sabiex jonora d-dejn fiskali korrispondenti ma jistax jitqies bħala mhux dovut u ma jistax inissel interessi favur il-persuna taxxabbli li wettqet il-ħlas.