8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2020 – Z vs Finanzamt G

(Kawża C-46/20)

(2020/C 191/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Z

Konvenut: Finanzamt G

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li, fil-każijiet li fihom il-persuna taxxabbli jkollha, meta tingħata provvista, id-dritt li tagħżel l-allokazzjoni tagħha, teskludi d-dritt ta’ tnaqqis meta l-amministrazzjoni fiskali ma tkun tat ebda deċiżjoni ta’ allokazzjoni identifikabbli qabel l-iskadenza tat-terminu legali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?

2)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li fl-assenza ta’ indikazzjonijiet (suffiċjenti) ta’ allokazzjoni fil-patrimonju tal-impriża, provvista tkun allokata fil-patrimonju privat, jew li hemm preżunzjoni f’dan is-sens?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


  翻译: