16.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Zoom vs EUIPO – Facetec (ZOOM)

(Kawża T-204/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali ZOOM - Trade marks figurattiva u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZOOM - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 329/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zoom KK (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Facetec, Inc. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Wilhelm, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2020 (Każ R 507/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zoom KK u Facetec.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zoom KK hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


  翻译: