26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – KZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-453/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2019 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Leave għal raġunijiet personali - Ineliġibbiltà għall-promozzjoni”)

(2021/C 297/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KZ (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 32-2019 tal-14 ta’ Novembru 2019, li ma tinkludix isem ir-rikorrent fuq il-lista ta’ uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2019.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KZ huwa kundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


  翻译: