15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/43 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2020 – Stone Brewing vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONE BREWING)
(Kawża T-200/20)
(2020/C 201/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stone Brewing Co. LLC (Escondido, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd (Burton Upon Trent, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea “STONE BREWING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 423 668
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1524/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur tagħha. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625; |
— |
Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |