24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/60 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – Sedus Stoll vs EUIPO – Kappes (Sedus ergo+)
(Kawża T-429/20)
(2020/C 279/74)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sedus Stoll AG (Dogern, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Goldmann u J. Thomsen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wolfgang Kappes (Bochum, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “Sedus ergo+” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 144 074 98
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1303/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ B 2 618 984; u |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-eventwali intervenjent (Wolfgang Kappes) għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |