22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores – il-Portugall) – KU, OP, GC vs SATA International – Azores Airlines SA

(Kawża C-308/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens u assistenza lill-passiġġieri - Kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira - Artikolu 5(3) - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Ċirkustanzi straordinarji - Ħsara ġenerali tas-sistema ta’ provvista ta’ karburant tal-ajruplani fl-ajruport)

(2022/C 318/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KU, OP, GC

Konvenut: SATA International – Azores Airlines SA

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-ajruport ta’ tluq tat-titjiriet jew tal-ajruplan ikkonċernati ikun responsabbli mill-ġestjoni tas-sistema ta’ provvista ta’ karburant għall-ajruplani, ħsara ġenerali tal-provvista tal-karburant tista’ titqies li hija “ċirkustanza straordinarja” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 329, 16.08.2021.


  翻译: