22.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Mons – il-Belġju) – Ville de Mons, Zone de secours Hainaut – Centre vs RM
(Kawża C-377/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 97/81/KE - Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ pro rata temporis - Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tar-remunerazzjoni ta’ ħaddiem tat-tifi tan-nar professjonali rreklutat full-time, tal-anzjanità miksuba minnu bħala ħaddiem tat-tifi tan-nar fuq bażi volontarja, skont il-prinċipju ta’ pro rata temporis)
(2022/C 318/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ville de Mons, Zone de secours Hainaut – Centre
Konvenut: RM
Dispożittiv
Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-finijiet tal-kalkolu tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar professjonali impjegati full-time, tirrikonoxxi, bħala anzjanità pekunjarja, ix-xogħol imwettaq qabel fuq bażi part-time, fil-kwalità ta’ ħaddiem tat-tifi tan-nar fuq bażi volontarja, skont il-prinċipju ta’ pro rata temporis, jiġifieri skont ix-xogħol effettivament imwettaq.