20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – ING Luxembourg SA vs VX
(Kawża C-346/21)
(2021/C 382/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ING Luxembourg SA
Konvenut: VX
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (1), jista’ jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet u ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, titqies li hija valida n-notifika permezz ta’ ittra rreġistrata ta’ kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor mingħajr l-użu tal-formola li tinsab fl-Anness II tar-Regolament Nru 1391/2007? |
2) |
Ir-Regolament Nru 1393/2007 u l-prinċipji sottostanti tad-dritt tal-Unjoni jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 191(2) tal-Código de Processo Civil Português (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż), fil-każ inkwistjoni, sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-invokazzjoni tan-nullità tan-notifika għandha sseħħ f’terminu ta’ żmien determinat (jew li kien ġie indikat għall-kontestazzjoni)? |
(1) ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91.