13.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 502/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-28 ta’ Settembru 2021 – QE vs Caisse régionale de Crédit mutuel de Loire-Atlantique et du Centre Ouest

(Kawża C-600/21)

(2021/C 502/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QE

Konvenut: Caisse régionale de Crédit mutuel de Loire-Atlantique et du Centre Ouest

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 3(1) u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi, dispensa mir-rekwiżit ta’ intimazzjoni, anki jekk din tkun prevista espressament u inekwivokament fil-kuntratt?

2)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C-421/14), għandha tiġi interpretata fis-sens li dewmien ta’ iktar minn tletin jum fil-pagament ta’ skadenza waħda ta’ somom prinċipali, ta’ interessi jew aċċessorji jista’ jikkostitwixxi ineżekuzzjoni serja biżżejjed fir-rigward tat-tul u s-somma tas-self u l-bilanċ ġenerali tar-relazzjonijiet kuntrattwali?

3)

L-Artikoli 3(1) u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu klawżola li tipprevedi li l-iskadenza tat-terminu tista’ tiġi ppronunzjata fil-każ ta’ dewmien ta’ pagament ta’ iktar minn tletin jum meta d-dritt nazzjonali, li jirrikjedi li tintbagħat intimazzjoni qabel id-dikjarazzjoni tal-iskadenza tat-terminu, jippermetti li din tiġi rrinunzjata mill-partijiet, billi jirrikjedi għaldaqstant li jingħata avviż minn qabel raġonevoli?

4)

L-erba’ kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C-421/14) għall-evalwazzjoni minn qorti nazzjonali tal-possibbiltà tan-natura inġusta tal-klawżola relatata mal-iskadenza tat-terminu minħabba inadempjenza mid-debitur fl-obbligi tiegħu għal perijodu limitat huma kumulattivi jew alternattivi?

5)

Jekk dawn il-kriterji huma kumulattivi, in-natura inġusta tal-klawżola tista’ madankollu tiġi eskluża fid-dawl tal-importanza relattiva ta’ kriterju speċifiku?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2. p. 288.


  翻译: