9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2021 – Polynt vs ECHA

(Kawża T-207/21 R)

(“Miżuri provviżorji - REACH - Sustanza hexahydro-4-methylphthalic anhydride - Obbligu ta’ reġistrazzjoni - Evalwazzjoni tal-fajls - Eżami tal-proposti ta’ provi - Obbligu li tingħata ċerta informazzjoni li teħtieġ testijiet fuq l-annimali - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 320/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Polynt SpA (Scanzorosciate, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar u S. Abdel Qader, avukati)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u N. Knight, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni A-015-2019 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tad-9 ta’ Frar 2021, li teżiġi li r-rikorrenti twettaq studju estiż ta’ tossiċità għar-riproduzzjoni fuq ġenerazzjoni (EOGRTS) tas-sustanza hexahydro-4-methylphthalic anhydride jew għall-għoti ta’ kull miżura provviżorja oħra li titqies xierqa.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


  翻译: