12.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/60 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed IV)
(Kawża T-279/21)
(2021/C 278/82)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Siebertz, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed IV) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 206 087
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1898/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |