27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/20


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 – Coulter Ventures vs EUIPO – iWeb (R)

(Kawża T-457/21)

(2021/C 391/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Coulter Ventures LLC (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: iWeb GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 13 750 849

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2789/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO .

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


  翻译: