20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/28


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 – Quantic Dream vs EUIPO – Quentia (Q)

(Kawża T-458/21)

(2021/C 382/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Quantic Dream (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Quentia GmbH (Gersthofen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Q” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 069 734

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2070/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

u, bħala rettifika, tiċħad l-oppożizzjoni NruoB 3 092 566 għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Q Nru 18 069 734 ippreżentata fil-21 ta’ Mejju 2019;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lil Quentia GmbH għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO u fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 7 TFUE;

Ksur tal-Artikolu 58a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


  翻译: