8.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 452/44 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2021 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)
(Kawża T-565/21)
(2021/C 452/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: C. Milbradt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kulur li tinkludi l-element verbali Papouis Halloumi Papouis Dairies LTD PAP since 1967 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 176 344
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2021 fil-Każ R 575/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |