22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/55


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2021 – B&Bartoni vs EUIPO – Hypertherm (Torċijiet tal-iwweldjar (parti minn-))

(Kawża T-617/21)

(2021/C 471/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: B&Bartoni spol. s r.o. (Dolní Cetno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Lachmannová, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hypertherm, Inc. (Hanover, New Hampshire, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropa Nru 1 292 122-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 2843/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


  翻译: