22.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 471/64 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – bet-at-home.com Entertainment vs EUIPO (bet-at-home)
(Kawża T-640/21)
(2021/C 471/90)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: bet-at-home.com Entertainment GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Paulitsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bet-at-home bil-kuluri blu skur u aħdar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 157 957
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 2143/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
temenda d-deċiżjoni kkontestata b’mod li tiġi ammessa r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali bet-at-home anki fil-klassi 41 (divertiment); |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |