22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/19


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2022 minn Laboratorios Ern, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża T-160/21, Laboratorios Ern vs EUIPO – Malpricht (APIRETAL)

(Kawża C-187/22 P)

(2022/C 318/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Laboratorios Ern, SA (rappreżentanti: T. González Martínez u R. Guerras Mazón, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Ingrid Malpricht

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Lulju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli u li Laboratorios Ern, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


  翻译: