3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2023 – Chambers et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Rimbors tal-ispejjeż - Spejjeż tal-ivvjaġġar - Konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni - Post tal-oriġini li jinsab f’pajjiż terz - Irtirar tad-dritt għall-benefiċċju tal-ħlas annwali f’somma f’daqqa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar - Żball ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2023/C 235/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alexander Chambers. (Barcelona, Spanja), u disa’ rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u M. Brauhoff, agents)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tal-karti tas-salarju tagħhom għal Ġunju 2021, sa fejn jistgħu jikkonstataw li, wara t-tluq tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Ewropa Unjoni (jew Brexit), ma baqgħux iktar eliġibbli għall-ħlas annwali ta’ somma f’daqqa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni sal-post tal-oriġini.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alexander Chambers u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 7.6.2022.


  翻译: