13.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/50 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Coppo Gavazzi vs Il-Parlament
(Kawża T-820/22)
(2023/C 94/60)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Maria Teresa Coppo Gavazzi (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311149), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti; |
— |
tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. |