22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/16


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2007 — cApStAn vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-287/07)

(2007/C 223/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: cApStAn Sprl (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: J. Bublot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Mejju 2007, li tiċħad l-offerta li hija ppreżentat fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti “Post-editing services PER 2007” (1) minħabba nuqqas ta' provi ta' esperjenza f'dan il-qasam.

In sostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni ta' l-offerta tagħha peress li s-sejħa għal offerti kienet tikkonċerna preċiżament il-qasam ta' attività tagħha, ħaġa li r-rikorrenti tallega li indikat b'mod ċar fl-offerta tagħha. Hija tindika wkoll li hija kienet diġà ngħatat kuntratt pubbliku f'dan il-qasam mingħand il-Kummissjoni u li qatt ma tqajmu oġġezzjonijiet dwar is-servizzi mogħtija taħt dak il-kuntratt.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq motivi manifestament żbaljati u li dan l-iżball jammonta għal nuqqas ta' motivazzjoni.


(1)  ĠU 2007/S 21-023949.


  翻译: