24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 283/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Fővárosi Bíróság (L-Ungerija) fis-27 t'Awwissu 2007 — Proċedura kriminali kontra István Roland Sós
(Kawża C-404/07)
(2007/C 283/23)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság (l-Ungerija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
György Katz, parte civile.
István Roland Sós, akkużat.
Domandi preliminari
L-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/JHA tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha tiggarantixxi l-possibbiltà li l-vittma ta' reat tinstema' bħala xhud ukoll fil-kuntest ta' proċeduri fejn hija ressqet kawża bħala parte civile?