1.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8150 — Danone/The WhiteWave Foods Company)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 403/06)
1. |
Fis-26 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Danone SA (“Danone”, Franza) takkwista, fi ħdan it-tifsira tl-Artikolu 3(1)(b) il-kontroll sħiħ ta' The WhiteWave Foods Company (“WhiteWave”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Danone: grupp ta' kumpaniji ta' prodotti tal-ikel bi preżenza madwar id-dinja, attiv l-aktar fi (i) prodotti friski tal-ħalib; (ii) ilma; (iii) prodotti tan-nutrizzjoni bikrija; kif ukoll (iv) prodotti ta' nutrizzjoni b'effett mediku; — għal WhiteWave: il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti tal-ikel ta' oriġini veġetali kif ukoll ta' varjetajiet ta' ħalib, sostituti tal-ħalib għall-kafè kif ukoll xarbiet, prodotti tal-ħalib ta' kwalità fina, kif ukoll prodotti organiċi l-aktar fl-Amerika ta’ Fuq. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8150 — Danone/The WhiteWave Foods Company, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).