24.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA
Nru 6/2010/KP
tad-9 ta' Diċembru 2010
li testendi x-xogħlijiet tal-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja
IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2004/KP tal-5 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja;
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 38b dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, imdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għall-perjodu 2009-2014,
Waqt li jfakkar li, l-Artikolu 1, il-paragrafu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2004/KP jagħti mandat għall-amministrazzjoni tal-Mekkaniżmi Finanzjarji 2004-2009 biss lill-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja,
Filwaqt li jikkunsidra l-bżonn ta' Segretarjat biex jamministra l-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-ŻEE u tan-Norveġja 2009-2014,
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 1/2004/KP, qiegħed hawnhekk jiġi mogħti responsabbiltà ta' xogħol addizzjonali biex iservi bħala segretarjat għall-assistenza waqt l-immaniġġjar tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014 u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja 2009-2014.
2. Rigward il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014, l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE.
3. Rigward il-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja 2009-2014, l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-Ministeru tan-Norveġja għall-Affarjijiet Barranin.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika fil-ġurnata li tidħol fis-seħħ jew fil-ġurnata tal-applikazzjoni proviżorja tal-att legali li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.
F'isem il-Kumitat Permanenti
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
Is-Segretarju Ġenerali
Kåre BRYN