Għajnuna finanzjarja għal-Latvja
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Deċiżjoni 2009/289/KE — għajnuna reċiproka lil-Latvja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/290/KE — għajnuna finanzjarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien
X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN ID-DEĊIŻJONIJIET?
-
Bejn Diċembru tal-2008 u t-tmiem tal-2011, l-Unjoni Ewropea (UE) u diversi organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew għajnuna finanzjarja lil-Latvja.
-
Il-bażi għal dan huwa r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jippermetti lill-UE tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju lill-pajjiżi tal-UE li mhumiex fiż-żona tal-euro li jkollhom diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti tagħhom.
PUNTI EWLENIN
-
F’Jannar tal-2009, kien hemm qbil dwar għajnuna finanzjarja multilaterali għal-Latvja ta’ EUR 7.5 biljun għall-perjodu mill-2009 sal-2011. Il-finanzjament kien imqassam kif ġej:
-
Bi skambju għas-self, il-Latvja qablet li:
-
terġa’ tikseb l-istabbiltà finanzjarja billi ssaħħaħ is-settur bankarju;
-
tikkoreġi l-iżbilanċi fiskali (jiġifieri fil-finanzi pubbliċi);
-
tadotta politiki domestiċi biex ittejjeb il-kompetittività;
-
ittejjeb il-kapaċità tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-awtoritajiet regolatorji;
-
timplimenta riformi strutturali komprensivi.
-
Eventwalment tħallsu EUR 4.5 biljun sa meta l-programm ta’ għajnuna ntemm fid-19 ta’ Jannar 2012.
-
Mill-20 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni Ewropea bdiet bis-sorveljanza ta’ wara l-programm tagħha, u organizzat sitt missjonijiet ta’ reviżjoni fil-pajjiż.
-
Is-sorveljanza ntemmet f’Jannar tal-2015 wara li l-Latvja kienet ħallset lura aktar minn 75% tas-self tal-UE.
MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONIJIET?
Id-Deċiżjonijiet 2009/289/KE u 2009/290/KE daħlu fis-seħħ fit-23 ta' Jannar 2009.
SFOND
-
Fi Frar 2002, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ta s-setgħa lill-UE sabiex tagħti self lill-pajjiżi tal-UE li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda b’diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti jew fil-movimenti ta’ kapital tagħhom.
-
Din l-għajnuna finanzjarja hija disponibbli biss għall-pajjiżi li ma jużawx l-euro.
-
Il-Latvja applikat għall-għajnuna għall-ewwel darba lejn l-aħħar tal-2008 wara li s-swieq kapitali u finanzjarji tagħha kienu taħt pressjoni qawwija u s-settur bankarju kien ġarrab problemi serji ta’ likwidità u fiduċja.
-
Fl-1 ta’ Jannar 2014, il-Latvja ssieħbet fiż-żona tal-euro.
-
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENTI EWLENIN
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/289/KE tal-20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna reċiproka lil-Latvja (ĠU L 79, 25.3.2009, pp. 37-38)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/290/KE tal-20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien (ĠU L 79, 25.3.2009, pp. 39-41)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/290/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, pp. 1–3)
Ara l-verżjoni konsolidata
l-aħħar aġġornament 19.01.2017