Il-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku jeħtieġ standards għall-UE kollha dwar il-ġbir, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ statistika nazzjonali u tal-UE. Dan jiżgura li l-kumpaniji, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-gvernijiet u operaturi oħra tas-suq uniku jkollhom aċċess għal data statistika affidabbli u komparabbli.
L-informazzjoni tgħin lill-kumpaniji jevalwaw il-kompetittività tagħhom u lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
NACE Reviżjoni 2.1
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 jiddefinixxi klassifikazzjoni ġerarkika b’erba’ ċifri ta’ attivitajiet ekonomiċi, komunement magħrufa bħala NACE (minn Nomenclature statistique des activités économiques dans la Communauté européenne) Reviżjoni 2 (NACE Rev. 2), li hija konsistenti mal-Istandard Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Attivitajiet Ekonomiċi kollha.
Ir-Regolament (UE) 2023/137 jispeċifika n-NACE Rev. 2 aġġornament 1, li jinkludi erba’ livelli (sezzjonijiet, diviżjonijiet, gruppi, u kategoriji), kull wieħed identifikat b’ittra (sezzjonijiet) jew żewġ (diviżjonijiet), tlieta (gruppi) jew erba’ (klassijiet).
It-22 sezzjoni huma kif ġej:
Il-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika ta’ esperti nazzjonali:
Il-leġiżlazzjoni:
Ir-Regolament (KEE) Nru 3037/90 (kif emendat sussegwentement) jistabbilixxi n-NACE Rev. 1 (Rev. 1.1). Filwaqt li r-regolament għadu fis-seħħ, m’għadux f’użu prattiku, bħala NACE Rev. 1 (Rev. 1.1) ġie sostitwit min-NACE Rev. 2 (Rev. 2.1). Ir-Regolament (KEE) Nru 3037/90 għalhekk huwa ta’ interess storiku biss.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1–39).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 19, 20.1.2023, pp. 5–42).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, pp. 1–26).
Ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, pp. 1–35).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, pp. 1–32).
Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, pp. 1–727).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (riformulazzjoni) (ĠU L 32, 3.2.2012, pp. 1–18).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, pp. 1–16).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, pp. 70–81).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, pp. 1–62).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 April dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (ĠU L 145, 4.6.2008, pp. 234–237).
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (ĠU L 255, 30.9.2005, pp. 1–5).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, pp. 1–87).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ĠU L 69, 13.3.2003, pp. 1–5).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, pp. 1–36).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad’9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (ĠU L 63, 12.3.1999, pp. 6–10).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 28.02.2023