ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/737/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/738/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2008 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li Franza qed tikkunsidra li timplimenta għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Fond ta’ Intervent Strateġiku tal-Industriji Agroalimentari) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2257) ( 1 ) |
|
|
|
2008/739/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/740/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2008 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-ispinetoram fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4965) ( 1 ) |
|
|
IV Atti oħrajn |
|
|
|
SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 902/2008
tas-17 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
31,4 |
TR |
68,0 |
|
ZZ |
49,7 |
|
0707 00 05 |
EG |
162,5 |
MK |
43,3 |
|
TR |
83,8 |
|
ZZ |
96,5 |
|
0709 90 70 |
TR |
89,1 |
ZZ |
89,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
73,5 |
TR |
104,3 |
|
UY |
64,9 |
|
ZA |
89,3 |
|
ZZ |
83,0 |
|
0806 10 10 |
IL |
248,7 |
TR |
130,8 |
|
US |
196,0 |
|
ZZ |
191,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
92,1 |
AU |
195,4 |
|
BR |
74,2 |
|
CL |
91,9 |
|
CN |
78,4 |
|
NZ |
111,1 |
|
US |
100,8 |
|
ZA |
83,4 |
|
ZZ |
103,4 |
|
0808 20 50 |
AR |
76,1 |
CN |
93,6 |
|
TR |
128,9 |
|
ZA |
75,1 |
|
ZZ |
93,4 |
|
0809 30 |
TR |
136,6 |
US |
150,7 |
|
ZZ |
143,7 |
|
0809 40 05 |
IL |
132,0 |
TR |
85,4 |
|
XS |
62,1 |
|
ZZ |
93,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 903/2008
tas-17 ta’ Settembru 2008
dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għotja tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal
(Verżjoni kodifikata)
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabilxxi organizzazzjoni komuni l ta’ swieq agrikoli u dwar disposizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 170 u 192 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 dwar is-sorveljanza mwettqa fiż-żmien ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli fiż-żmien li jirċievu r-rifużjonijiet jew ammonti oħra (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2331/97 tal-25 ta’ Novembru 1997 dwar il-kundizzjonijiet speċjali għal-għotja tar-rifużjonijet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli (5) jipprovdi f’artiklu 21 li l-ebda rifużjoni m’għandha tingħata fejn il-prodotti ma jkunux ta’ kwalità tajba u ġusta għat-tqegħid fis-suq fid-data li fiha d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tiġi aċċettata. |
(3) |
Dawn il-ħtigiet madankollu rriżultaw li ma kinux sufficjenti biex jiżguraw li kundizzjonijiet uniformi japplikaw meta jitħallsu r-rifużjonijiet fuq uħud mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) (q) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(4) |
Il-kundizzjonijiet addizzjonali relattati ma’ prodotti ta’ kwalità medja u li jawtorizzaw il-ħlas ta’ rifużjonijiet fuq prodotti ta’ kwalità inferjuri li jiġu rifjutati għandhom bħala konsegwenza jiġu stipulati fil-livell tal-Komunità. |
(5) |
Għandha ssir dispożizzjoni għal kwalità addizzjonali fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt kodifiki NM 1601 00 99 u 1602 49 19, li ma jkunx fihom laħam tat-tjur u li għalihom il-kriterji tal-kwalità għandhom jitqegħdu quddiemnett sabiex jillimitaw kull rifużjoni mogħtija għal dawk il-prodotti fejn il-kwantitajiet stipulati bl-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jaqbżu jew jistgħu jaqbżu kwantitajiet tradizzjonali. |
(6) |
Huwa essenzjali li ssir dispożizzjoni għall-verifiki biex tigi żgurata konformità ma’ dan ir-Regolament; billi dawn il-verifiki għandhom jitmexxew skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ verifiki attwali mwettqa fiż-żmien ta’ l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjoni (6) u għandu b’mod partikulari jinkludi eżami organolettiku u analiżi fiżiku u kimiku; billi l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni għandhom hekk ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub bil-għan li l-prodotti inkwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fihom. |
(7) |
Id-dispożizzjoni għandha ssir dwar ċerti analiżi mfissra b’mod ċar bl-iskop li tigi żgurata standardisation tal-verifiki fiżiċi u kimiċi. |
(8) |
Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Organizazzjoni Komuni għal-Laħam tal-Majjal, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità u b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 800/1999, rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għandhom jingħataw biss għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ta’ hawn mehmus fejn:
(a) |
jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness I u |
(b) |
il-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni ġġib il-kliem “oġġetti li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 903/2008”. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prodotti manifatturati għall-konsum mill-bniedem u adattati għal dan minħabba l-materja prima wżata, il-preparazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet iġjeniċi sodisfaċenti u l-ippakkjar tagħhom għandhom jitqiesu bħala ta’ kwalità kummerċjali soda u ġusta biex titqiegħed fis-suq skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.
Artikolu 2
Meta jsiru l-verifiki msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2090/2002, il-verifiki fuq il-prodotti koperti b’dan ir-Regolament għandhom jinvolvu:
(a) |
eżami organoleptiku; u |
(b) |
analiżi fiżika u kimika bil-metodi stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2331/97 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l- pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 323, 26.11.1997, p. 19.
(4) Ara l-Anness III.
(5) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.
(6) ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4.
ANNESS I
Kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti ta’ laħam tal-majjal
Kodiċi NC |
Deskrizzjoni |
Kodiċi tal-prodott |
Kundizzjonijiet |
|||||
1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti: |
|
|
|||||
– Oħrajn: |
|
|
||||||
1601 00 91 |
– – Zalzett, niexef jew biex jiddellek, mhux imsajjar |
|
|
|||||
– – – Li ma fihomx laħam tat-tjur jew fdal tat-tjur |
1601 00 91 9120 |
|
||||||
– – – Oħrajn |
1601 00 91 9190 |
|
||||||
1601 00 99 |
– – Oħrajn |
|
|
|||||
– – – F’kontenituri li jkun fihom ukoll likwidu li jippriserva, li ma jkunx fihom laħam tat-tjur jew fdal |
1601 00 99 9110 |
|
||||||
– – – F’kontenituri li jkun fihom ukoll likwidu li jippriserva |
1601 00 99 9190 |
|
||||||
– – – Oħrajn, li ma jkunx fihom laħam tat-tjur jew fdal |
1601 00 99 9110 |
|
||||||
– – – Oħrajn |
1601 00 99 9190 |
|
||||||
ex 1602 |
Laħam ieħor preparat jew priservat, fdal tal-laħam jew demm: |
|
|
|||||
– Tal-majjal:: |
|
|
||||||
ex 1602 41 |
– – Perżut jew qatgħat tal-perżut: |
|
|
|||||
ex 1602 41 10 |
– – – ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tal-majjal domestiku: |
|
|
|||||
– – – – Imsajjar, li fih 80 % mill-piż jew aktar ta’ laħam jew xaħam: |
|
|
||||||
– – – – – F’ imballaġġ immedjat, b’ piż nett ta’ 1 kg jew aktar |
1602 41 10 9110 |
Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta’ massimu 4,3 |
||||||
– – – – – F’ imballaġġ immedjat, b’ piż nett ta’ 1 kg jew aktar |
1602 41 10 9130 |
Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta’ massimu 4,3 |
||||||
ex 1602 42 |
– – Spalla u qatgħat mill-ispalla: |
|
|
|||||
ex 1602 42 10 |
– – – annimali ta’ l-ispeċi tal-majjal domestiku: |
|
|
|||||
– – – – Imsajjar, li fih 80 % mill-piż jew aktar ta’ laħam jew xaħam: |
|
|
||||||
– – – – – F’ imballaġġ immedjat, b’ piż nett ta’ 1 kg jew aktar |
1602 42 10 9110 |
Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta’ massimu 4,5 |
||||||
– – – – – F’ imballaġġ immedjat, b’ piż nett ta’ 1 kg jew aktar |
1602 42 10 9130 |
Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta’ massimu 4,5 |
||||||
ex 1602 49 |
– – Oħrajn, inklużi majjali: |
|
|
|||||
– – – annimali ta’ l-ispeċi i tal-majjal domestiku |
|
|
||||||
– – – – Li fih 80 % piż jew aktar laħam jew frattalji tal-laħam, ta’ kull tip, inkluż xaħam ta’ kull tip jew oriġini: |
|
|
||||||
ex 1602 49 19 |
– – – – – Oħrajn: |
|
|
|||||
– – – – – – Imsajjar, li fih 80 % mill-piż jew aktar ta’ laħam jew xaħam: |
|
|
||||||
– – – – – – – Li ma fihx laħam jew frattalji tat-tajr: |
|
|
||||||
– – – – – – – – Li fih prodott kompost minn biċċiet li jingħarfu ta’ laħam tal-muskoli li, minħabba d-daqs tagħhom ma jistgħux jiġu identfikati bħala li ġew akkwistati minn perżut, spallejn, ġenbejn jew kullari, flimkien ma’ partikoli żgħar ta’ xaħam viżibbli u kwantitajiet żgħar ta’ depożiti tal-ġelatina |
1602 49 19 9130 |
Proporzjoni ilma/proteini fil-laħam ta’ massimu 4,5 |
ANNESS II
Metodi ta’ analiżi (1)
1. Stabbiliment ta’ kontenut ta’ proteina
Il-kontenut ta’ proteina jittieħed li jfisser il-kontenut ta’ nitroġenu immultiplikat bil-fattur 6,25. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi stabbilit skond il-metodu ISO 937-1978.
2. Stabbiliment tal-kontenut ta’ l-ilma fi prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 1601 u 1602 tan-nomenklatura magħquda
Il-kontenut ta’ l-ilma għandu jkun stabbilit skond il-metodu ISO 1442-1973.
3. Kalkolazzjoni ta’ kontenut ta’ ilma estranju
Il-kontenut ta’ ilma estranju jingħata bil-formola: a-4b, li biha:
a |
= |
kontenut ta’ l-ilma; |
b |
= |
kontenut ta’ proteina. |
4. Stabbiliment ta’ kontenut ta’ kollaġen
Il-kontenut ta’ kollaġen jittieħed li jfisser il-kontenut ta’ hydroxyproline immultiplikat bil-fattur 8. Il-kontenut ta’ hydroxyproline għandu jiġi stabbilit skond il-metodu ISO 3496-1978.
(1) Il-metodi ta’ analiżi msemmija f’dan l-Anness huma dawk li japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kull emenda sussegwenti għal dawk il-metodi. Huma ppubblikati mis-Segretarjat ta’ l-ISO, 1 Rue de Varembé, Ġinevra, l-Isvizzera.
ANNESS III
Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2331/97 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/98 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2882/2000 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2002 |
ANNESS IV
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 2331/97 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
Artiklu 3 |
— |
— |
Artiklu 3 |
Artiklu 4 |
Artiklu 4 |
Annessi I u II |
Annessi I u II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 904/2008
tas-17 ta' Settembru 2008
li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ arranġamenti ta’ esportazzjoni ta’ merkanzija mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali tad-Dwana (1), u partikolarment l-Artikolu 9 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4056/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet l-oħra tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3035/80 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali biex jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli li jkunu ġew esportati fil-għamla ta' merkanzija mhux koperta bl-Anness II għat-Trattat u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ rifużjonijiet bħal dawn (2) ġie emendat b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Biex jiġi assigurat trattament uniformi għall-esportazzjoni mill-Komunità ta’ merkanzija koperta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (4) huwa importanti li jiġu definiti l-metodi analitiċi u dispożizzjonijiet oħra ta’ natura teknika. |
(3) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi Komunitarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 3448/93, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-esportazzjonijiet ta’ merkanzija mhux inklużi fl-Anness I tat-Trattat jew fin-nuqqas ta’ metodu ta’ analiżi, in-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi li għandhom jitwettqu jew il-prinċipju ta’ metodu li għandu jiġi applikat.
Artikolu 2
B’konformità man-noti għall-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (5) u għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ dak l-Anness, “ir-Riżultati ta’ l-Analiżi tal-merkanzija” stabbiliti f’kolonna 3 għandhom jinkisbu billi jintużaw il-metodi, il-proċeduri u l-formuli msemmijin f’dan l-Artikolu:
(1) |
Zokkor Il-prestazzjonijiet għolja tal-kromatografija taz-zokkor fil-likwidi (HPLC) għandha tintuża biex jiġu determinati l-varjetajiet ta’ zokkor.
|
(2) |
Il-lamtu (jew id-destrin) (id-destrin għandu jiġi espress bħala lamtu)
|
(3) |
Il-Kontenut fi grass tal-ħalib Għall-iskopijiet sabiex jiġi stabbilit il-kontenut fi grass tal-ħalib, għandu jiġi użat metodu bbażat fuq l-estrazzjoni bil-petroleum fin, ippreċedut bl-idrolosi bl-aċidu idrokloriku u segwit bil-kromotagrofija tal-gass ta’ l-esteri tal-metil ta’ l-aċidi tal-grass. Jekk tiġi mikxufa l-preżenza tal-grassijiet tal-ħalib, il-proporzjon perċentwali ta’ dan għandu jiġi kkalkolat billi tiġi mmultiplikata l-koncentrazzjoni tal-perċentwali tal-metil butirat b’25, billi jiġi mmultiplikat il-prodott bil-perċentwali totali tal-kontenut fi grass skond l-użin ta’ l-oġġetti u billi jiġi diviż b’100. |
Artikolu 3
Biex jiġi implimentat l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, il-perċentwali tal-kontenut f'manitol u D-glucitol (sorbitol) għandu jiġi stabbilit bil-metodu HPCL.
Artikolu 4
1. Għandu jsir rapport dwar it-testijiet.
2. Ir-rapport dwar it-testijiet għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
— |
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi identifikat il-kampjun, |
— |
il-metodu Komunitarju użat u r-referenza preċiża għall-istrument legali li fih jinstab, jew fejn xieraq, referenza dettaljata għall-metodu, waqt li tiġi speċifikta n-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi li għandhom isiru jew il-prinċipju tal-metodu li għandu jiġi applikat, kif indikat f’dan ir-Regolament, |
— |
kwalunkwe fatturi li setgħu influwenzaw dawn ir-riżultati, |
— |
ir-riżultati ta’ l-analiżi, filwaqt li jitqies il-mod li bih jitfissru fil-metodu użat u l-mezz ta’ espressjoni dettat mill-ħtiġiet tad-dwana jew tad-dipartimenti amministrattivi li jkunu talbu l-analiżi. |
Artikolu 5
Ir-Regolament (KEE) Nru 4056/87 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(2) ĠU L 379, 31.12.1987 p. 29.
(3) Ara l-Anness I.
(4) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.
(5) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.
(6) ĠU L 392, 31.12.1987, p. 19.
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4056/87 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/98 |
ANNESS II
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KEE) Nru 4056/87 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 sa 4 |
Artikoli 1 sa 4 |
__ |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 905/2008
tas-17 Settembru 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għall-irfinar, li joriġina mill-pajjiżi l-inqas żviluppati
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li tapplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (2),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għall-irfinar li joriġina mill-pajjiżi l-inqas żviluppati, kif ukoll regoli dettaljati li japplikaw għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-intestatura tariffarja 1701 li joriġinaw mill-pajjiżi l-inqas żviluppati (3), u partikolarment l-Artikolu 7(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1100/2006 jipprevedi, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi l-inqas żviluppati, il-ftuħ ta' kwoti tariffarji bla dazju għall-prodotti tal-kodiċi NM 1701 11 10, espressi f'ekwivalenti ta' zokkor abjad. |
(2) |
Matul il-ġimgħa mit-8 sat-12 ta' Settembru 2008, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1100/2006, ġew preżentati applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. It-totali msemmijin fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament juru li, wara dawn l-applikazzjonijiet, il-kwantità totali mitluba għas-sena tas-suq 2007/2008 tlaħħaq il-limitu ta' 178 030,75-il tunnellata prevista għal din is-sena għall-kwota 09.4361. |
(3) |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri li l-limitu kkonċernat intlaħaq u li mhux se tintlaqa' ebda applikazzjoni għal liċenzja oħra. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mit-8 sat-12 ta' Settembru 2008 skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1100/2006 jintlaqgħu sa …% [100 % f'każ l-applikazzjonijiet huma daqs il-kwantitajiet] tal-kwantitajiet mitluba.
Artikolu 2
Il-limitu ta' 178 030,75-il tunnellata tal-kwota tariffarja 09.4361, previst mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1100/2006 ntlaħaq. Mhux se tintlaqa' ebda applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni mressqa wara it-12 ta' Settembru 2008.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f'kull Stat Membru.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.
(3) ĠU L 196, 18.7.2006, p. 3.
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Settembru 2008
li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2008/737/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Repubblika Taljana ma għamlitx użu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta’ April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) li jfisser li skema sabiex teżenta persuni taxxabbli tista’ tiddaħħal biss fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 5 000. |
(2) |
B’ittra rreġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2007, l-Italja talbet awtorizzazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008 għal miżura li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex teżenta persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx EUR 30 000. Din il-miżura teħles lil dawk il-persuni taxxabbli minn ċerti obbligi, jew mill-obbligi kollha, tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE, filwaqt li l-karattru fakoltattiv tal-miżura jippermetti lill-impriżi sabiex jagħżlu l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti normali tal-VAT. |
(3) |
Skond l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta’ ittra ddatata s-6 ta’ Mejju 2008, bit-talba li saret mill-Italja. Permezz ta’ ittra ddatata t-8 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tqis it-talba. |
(4) |
Diġà hija disponibbli għall-Istati Membri skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar taħt it-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Din il-miżura tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE sa fejn biss il-limitu massimu tal-fatturat annwali ta’ l-iskema ikun ogħla minn dak preżentement permess għall-Italja. |
(5) |
Il-limitu massimu mitlub mill-Italja jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-VAT ta’ l-iżgħar negozji. Huwa konformi mal-limiti massimi applikabbli fir-rigward ta’ ċerti Stati Membri oħra. |
(6) |
Il-Kummissjoni hija impenjata li tistabbilixxi limitu massimu komuni ta’ fatturat annwali li fir-rigward ta’ ammonti anqas minnu l-persuni taxxabbli jistgħu jkunu eżentati mill-VAT bħala miżura li tgħin sabiex jitnaqqas il-piż fuq in-negozji ż-żgħar. Fl-2004, il-Kummissjoni pproponiet li tħalli lill-Istati Membri jagħżlu li jżidu l-limitu massimu ta’ fatturat annwali għall-eżenzjoni mill-VAT għan-negozji ż-żgħar. It-talba Taljana hija konformi mal-proposta tal-Kummissjoni. |
(7) |
L-Italja tixtieq ukoll il-possibbiltà li żżid il-limitu massimu sabiex iżżomm il-valur tiegħu f’termini reali, u b’hekk tkun tista’ tapplika dispożizzjoni simili għal dik fl-Artikolu 286 tad-Direttiva 2006/112/KE. |
(8) |
Ladarba l-perijodu tat-taxxa huwa annwali u sabiex il-persuni taxxabbli jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura ta’ simplifikazzjoni malajr kemm jista’ jkun, għandu jkun permess għall-Italja li tagħmel l-iskema fakoltattiva disponibbli mill-1 ta’ Jannar 2008. |
(9) |
Id-deroga ma jkollhiex impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud. |
(10) |
Mill-informazzjoni mogħtija mir-Repubblika Taljana, il-miżura twassal għal tnaqqis mill-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-aħħar stadju tal-konsum ta’ madwar 0,15 % fl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, tnaqqis li jiżdied għal madwar 0,25 % fis-sentejn sussegwenti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika Taljana hija awtorizzata li, fir-rigward tal-perijodi tat-taxxa bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2010, teżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx EUR 30 000. Din l-iskema hija fakoltattiva għall-persuni taxxabbli.
Artikolu 2
Ir-Repubblika Taljana tista’ żżid dak il-limitu massimu sabiex iżżomm il-valur ta’ l-eżenzjoni f’termini reali.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ regoli Komunitarji li jistabbilixxu limitu massimu komuni ta’ fatturat annwali li fir-rigward ta’ ammonti anqas minnu l-persuni taxxabbli jistgħu jkunu eżentati mill-VAT, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303/67. Id-Direttiva mħassra bid-Direttiva 77/388/KEE (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).
Kummissjoni
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Ġunju 2008
dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li Franza qed tikkunsidra li timplimenta għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Fond ta’ Intervent Strateġiku tal-Industriji Agroalimentari)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2257)
(It-test bil-lingwa Franċiża biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/738/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom b’mod konformi mal-Artikolu hawn imsemmi (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Fl-24 ta’ April 2007, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi skema ta’ għajnuniet biex tissussidja l-impriżi fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Bħala parti mill-eżami preliminari msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2), intbagħtet talba għal aktar informazzjoni lil Franza fis-7 ta’ Lulju 2007, b’mod partikolari sabiex jinkisbu aktar dettalji dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna u l-bażi legali ta’ din l-iskema. L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu fil-11 ta’ Lulju 2007. Il-Kummissjoni reġgħet għamlitilhom talba oħra għal aktar informazzjoni fil-11 ta’ Settembru 2007, u għal din Franza wieġbet fis-26 ta’ Ottubru 2007. |
(2) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellha, il-Kummissjoni dehrilha li l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata tqajjem dubji dwar il-kumpatibbiltà mas-suq komuni. Hija infurmat lil Franza, fis-16 ta’ Jannar 2008, bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni fi żmien xahar. |
(4) |
Franza bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha b’ittra tat-18 ta’ Frar 2008, fil-forma ta’ nota. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni oħra mingħand il-partijiet interessati. |
2. DESKRIZZJONI
(5) |
Skond l-informazzjoni li tinsab fin-notifika, l-iskop tal-iskema ta’ għajnuniet imsemmija huwa li tissussidja, permezz ta’ fondi pubbliċi nazzjonali biss, impriżi li huma attivi fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. |
(6) |
L-għan tagħha huwa li tagħti għajnuna lill-impriżi, għajr dawk żgħar u ta’ daqs medju, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (4). |
(7) |
L-għajnuniet għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond ta’ Intervent Strateġiku tal-Industriji Agroalimentari (Fonds d’Intervention Stratégique des Industries Agro-Alimentaires – FISIAA). Dan il-fond, li ġie maħluq mill-awtoritajiet Franċiżi, jikkonsisti f’allokazzjoni mill-estimi mal-baġit tal-Istat, u l-amministrazzjoni tiegħu taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-agrikoltura u tas-sajd. L-impriżi kollha li huma attivi fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt l-Anness I tat-Trattat jistgħu jibbenefikaw minn sussidji allokati mill-FISIAA. Għalhekk, jistgħu jkunu impriżi li huma attivi fis-settur tal-agrikoltura kif ukoll impriżi fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura. Hemm il-ħsieb li fl-2007, l-għajnuniet ikunu riżervati biss għal dawk l-impriżi li għandhom iktar minn 750 impjegat jew li għandhom fatturat ta’ aktar minn 200 miljun euro. Skond l-ispjegazzjoni mogħtija minn Franza, x’aktarx li din il-prijorità ser tinżamm għal dawk l-għajnuniet mogħtija wara l-2007. Din l-ipoteżi hija kkonfermata mit-test ta’ sejħa għal proġetti ġodda maħruġa f’Diċembru tal-2007 (ara l-premessa 0). |
(8) |
In-notifika hija akkompanjata minn sejħa għal proġetti maħruġa fit-2 ta’ Marzu 2007, bil-għan li jintgħażlu l-proġetti li jissodisfaw l-objettivi tal-FISIAA. Skond l-awtoritajiet Franċiżi, din is-sejħa għal proġetti tikkonċerna biss lil dawk l-impriżi attivi fis-settur tal-agrikoltura, u l-ispeċifikazzjonijiet huma mogħtija biss “bħala eżempju” tal-kundizzjonijiet mitluba biex jiġu allokati l-għajnuniet lill-impriżi attivi fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura. |
(9) |
Sejħa għal proġetti ġdida nħarġet fis-17 ta’ Diċembru 2007, għal dawk il-proġetti li jistgħu jintgħażlu ghas-sena 2008. Din is-sejħa għal proġetti ma ssemmix b’mod espliċitu l-impriżi fil-qasam tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, imma tirreferi għal dawk il-prodotti kollha msemmija fl-Anness I tat-Trattat (u għalhekk il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura wkoll). Hija ssemmi wkoll ir-regoli ġodda ta’ eleġibbiltà għal għajnuna mill-Fond Ewropew ghas-Sajd (FES). |
(10) |
Il-Kummisjoni saret taf b’din is-sejħa għal proġetti ġdida, li kienet mħabbra fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru Franċiż tal-agrikoltura u tas-sajd (5), wara li ddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Din is-sejħa għal proġetti ġdida mhix imsemmija fir-risposta li taw l-awtoritajiet Franċiżi fit-18 ta’ Frar 2008. Dawn l-awtoritajiet sempliċement josservaw li “d-dewmien fl-approvazzjoni digà impedixxa lill-impriżi tal-ipproċessar milli jipparteċipaw għas-sejħa għal proġetti tal-FISIAA tal-2007 [maħruġa fit-2 ta’ Marzu 2007 iżda nnotifikata fl-24 ta’ April 2007].” |
(11) |
Skond l-awtoritajiet Franċiżi, il-FISIAA preżentament hija ddefinita skond il-qafas ta’ intervent tagħha, jiġifieri l-iskema ta’ għajnuniet applikabbli lil dawk l-impriżi attivi fil-qasam tas-settur agrikolu, irreġistrati taħt in-numru N 553/2003 u approvati b’deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2004 (6). B’hekk, l-għan tan-notifika tal-iskema ta’ għajnuniet li hija s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni huwa li twessa’ dan il-qafas ta’ intervent għal dawk l-impriżi li huma attivi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. |
(12) |
Il-baġit indikat għall-FISIAA huwa ta’ 13-il miljun euro għas-sena 2007 għas-setturi benefiċjarji kollha (l-agrikoltura, minn naħa waħda, u s-sajd u l-akkwakultura, min-naħa l-oħra). Sakemm dan jkun miftuħ għall-impriżi kollha li huma attivi f’dawn iż-żewġ setturi, mhux ser ikun possibli għalissa, skond l-awtoritajiet Franċiżi, li wieħed ibassar kemm minn din is-somma ser tingħata effettivament lill-impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. |
(13) |
Għal dawk l-ispejjeż li jkunu jistgħu jiġu koperti mis-sussidju, is-sejħa għal proġetti tispeċifika li l-FISIAA għandha l-għan li tappoġġa l-proġetti ta’ dawk l-impriżi li jkunu jistgħu jintegraw investimenti tanġibbli u intanġibbli, u li huma “ta’ natura ferm strutturali”, u/jew “tisħiħ tal-pożizzjoni kummerċjali”, u/jew “ta’ natura innovattiva”. L-investimenti li huma potenzjalment eliġibbli huma dawk kollha li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-proċess ta’ magazzinaġġ, tal-ippakkjar, tal-ipproċessar u/jew tal-kummerċjalizzazzjoni. B’mod speċjali, dawn l-investimenti jistgħu jikkonsistu fi spejjeż għax-xiri ta’ apparat ġdid, jew xiri u arranġament mill-ġdid ta’ propjetà li għandha x’taqsam mal-proġett, fi spejjeż għal personal iddedikat għall-proġett, u anke f’servizzi intanġibbli bħal privattivi, studji u pariri. L’intensità tal-għajnuna tal-FISIAA ma tkunx aktar minn 15 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investimenti tanġibbli u 100 000 euro għal dawk intanġibbli. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA
(14) |
L-għan ta’ din l-iskema ta’ għajnuniet huwa li tagħti għajnuna lill-impriżi għajr dawk żgħar u ta’ daqs medju, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw, permezz ta’ fondi nazzjonali biss, mill-istess għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom l-SMEs fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. L-għajnuniet għandhom ikunu ffinanzjati mill-FISIAA. |
(15) |
L-eżami ta’ din l-iskema ta’ għajnuniet fir-rigward tal-linji gwida għall-eżami tal-għajnuniet mill-Istat intenzjonati għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (7) (iktar ‘il quddiem il-“linji gwida”) jirreferi għall-kriterji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1198/2006. Iżda l-miżuri eliġibbli għas-sussidju tal-FES fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma biss għall-SMEs fil-waqt li l-iskema hawn imsemmija hija speċifikament għal dawk l-impriżi għajr l-SMEs. |
(16) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni dehrilha li hemm dubji dwar il-kumpatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet mas-suq komuni. |
4. KUMMENTI TA’ FRANZA U TAL-PARTIJIET INTERESSATI
(17) |
Franza tressaq żewġ argumenti favur il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet allokati mill-FISIAA għall-impriżi tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mas-suq komuni. |
(18) |
L-ewwel nett, Franza ttenni l-osservazzjoni li fformulat fir-risposta tagħha fis-26 ta’ Ottubru 2007, fejn tgħid li filwaqt li l-impriżi tal-ipproċessar fis-settur tas-sajd jew fis-settur tal-agrikoltura ħafna drabi għandhom l-istess tip ta’ attività, il-Kummisjoni ma ħasbitx li l-għajnuniet għall-impriżi kbar fis-settur agroalimentari kienu jinvolvu riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u tat il-possibbiltà lill-Istati Membri biex jagħtuhom għajnuniet mill-Istat. |
(19) |
Barra dan, Franza saqsiet lill-Kummissjoni biex tispeċifika għaliex tikkunsidra li l-għajnuniet jistgħu jingħataw lill-impriżi kbar fl-2007 u fl-2008 taħt l-iskema tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (IFGS), iżda l-għajnuniet tal-istess natura, imma minn fondi nazzjonali biss, ma jistgħux. |
5. EVALWAZZJONI
(20) |
Il-Kummissjoni tosserva qabel kollox li s-sejħa għal proġetti tal-FISIAA għas-sena 2007 nħarġet fit-2 ta’ Marzu 2007, b’data ta’ għeluq iffissata għat-2 ta’ Mejju 2007, fil-waqt li l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jiftħu din is-sejħa għal proġetti għall-impriżi tas-sajd u tal-akkwakultura biss fl-24 ta’ April 2007. Fi kliem ieħor, is-sejħa għal proġetti nħarġet qabel ma l-Kummissjoni saret taf bl-iskema ta’ għajnuniet għall-benefiċcju tal-impriżi tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u wisq inqas qabel ma kellha l-possibbiltà li tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-kumpatibbiltà ta’ skema bħal din mas-suq komuni. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni l-ewwel saqsiet lil Franza jekk id-dokument mehmuż man-notifika (jiġifieri t-test tas-sejħa għal proġetti tat-2 ta’ Marzu 2007) kienx indirizzat lill-impriżi tas-settur tal-agrikoltura biss, u Franza kkonfermat dan il-fatt fl-ittra tagħha tal-11 ta’ Lulju 2007 (“L-ewwel sejħa għal proġetti kienet limitata għall-impriżi tas-settur tal-agrikoltura (…) Jiġifieri s-sejħa għal proġetti tal-FISIAA ser issemmi l-impriżi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura biss meta din l-iskema ta’ għajnuniet tiġi approvata”). F’każ kuntrarju, effettivament l-iskema ta’ għajnuniet kellha tiġi kkwalifikata mill-ġdid bħala għajnuna illegali (mhux innotifikata) skond l-Artikolu 1, il-punt f), tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(21) |
Tqum kwistjoni simili fir-rigward tas-sejħa għal proġetti li nħarġet fis-17 ta’ Diċembru 2007, li l-Kummissjoni saret taf biha biss wara li bdiet il-proċedura ta’ eżaminazzjoni formali (ara l-premessa 0). Din is-sejħa għal proġetti ġdida tuża eżatt l-istess termini tas-sejħa għal proġetti tal-2007, u għalhekk ma ssemmix b’mod ċar l-impriżi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, iżda, bħal fis-sejħa ta’ proġetti ta’ qabel, tirreferi, minn naħa waħda, għall-Anness I tat-Trattat (li jkopri l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura) u, minn naħa l-oħra, għar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. |
(22) |
Madankollu l-Kummissjoni tfakkar li l-approvazzjoni ta’ skemi ta’ għajnuniet mill-Istat mhux waħda awtomatika u Stat Membru ma jistax jippreġudika d-deċiżjoni tal-Kummissjoni qabel ma jkun intemm l-eżami tal-iskema ta’ għajnuniet. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-affermazzjoni skond liem “id-dewmien fl-approvazzjoni [tal-iskema hawn imsemmija] digà impedixxa l-impriżi tal-ipproċessar fis-settur tas-sajd milli jipparteċipaw għas-sejħa għal proġetti tal-FISIAA fl-2007”. Lanqas ma tista’ taċċetta li nħarġet it-tieni sejħa għal proġetti mingħajr ma ġiet eskluża b’mod ċar il-possibbiltà għall-impriżi fis-settur tas-sajd li jibbenefikaw mis-sussidji tal-FISIAA fl-2008, jew għall-inqas mingħajr ma tindika li din il-possibbiltà kienet tiddependi mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni minn qabel. |
(23) |
Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.” |
(24) |
L-għajnuniet inkwistjoni, li jikkonsistu f’sussidji ffinanzjati mill-baġit nazzjonali (ara l-premessa 0), ċertament jikkostitwixxu għajnuniet mogħtija mill-Istat. |
(25) |
Billi l-allokazzjoni ta’ dawn is-sussidji tiġi deċiża fuq livell nazzjonali, wara għażla mis-servizzi tal-Ministeru tal-agrikoltura u tas-sajd tal-proġetti ppreżentati fil-kuntest tas-sejħa għal proġetti, l-għajnuna hija imputabbli lill-Istat. |
(26) |
Il-miżuri nnotifikati jista’ jkollhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jħeddu li jfixklu l-kompetizzjoni billi jiffavorixxu l-produzzjoni nazzjonali tal-prodotti tal-ipproċessar tas-sajd għad-detriment tal-produzzjoni tal-Istati Membri l-oħra. |
(27) |
Għaldaqstant, l-għajnuniet li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(28) |
Billi dawn l-għajnuniet huma għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, jeħtieġ li jiġu analizzati fid-dawl tal-linji gwida. Fil-fatt, il-punt 5.3 tal-linji gwida jgħid li dawn japplikaw sa mill-1 ta’ April 2008 għal “kull għajnuna mill-Gvern innotifikata jew li għandha tiġi applikata minn din id-data”. Billi l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li kienu qed jistennew l-approvazzjoni tal-Kummissjoni biex l-intrapiżi tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema ta’ għajnuniet, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma ġietx applikata, u li, għaldaqstant, hemm raġuni għalfejn għandha tiġi analizzata fid-dawl tal-linji gwida. |
(29) |
Fil-punt 3.2, il-linji gwida jirreferu għall-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006. Għaldaqstant, il-kumpatibbiltà ta’ din l-iskema ta’ għajnuniet mas-suq komuni għandha tiġi eżaminata fid-dawl tar-regolament hawn imsemmi. |
(30) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri eliġibbli għas-sussidju tal-FES fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jirrigwardaw biss lill-SMEs. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iskema ta’ għajnuniet li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni, li hija indirizzata għal dawk l-impriżi għajr l-SMEs, ma tissodisfax il-kriterji ta’ interventi tal-FES. |
(31) |
L-awtoritajiet Franċiżi ma jikkontestawx din l-analiżi għax huma jindikaw li “is-sejħa għal proġetti Nru 2 hija indirizzata għall-impriżi kbar fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-baħar, jiġifieri lil dawk l-impriżi ta’ aktar minn 750 impjegat u b’fatturat ta’ aktar minn 200 miljun ewro, billi dawn ma jagħmlux parti mill-FES, bħal mhu l-każ għall-impriżi tal-ipproċessar tal-prodotti tal-agrikoltura. (…) L-awtoritajiet Franċiżi huma konxji li l-qari tal-linji gwida għas-sajd u l-akkwakultura tal-2004 flimkien mal-qari tal-Artikolu 104 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 fuq il-fondi tal-Ewropa għas-sajd iwassal lill-Kummissjoni biex tindika li l-impriżi l-kbar ma jistgħux jibbenefikaw minn għajnuniet pubbliċi.” |
(32) |
Minħabba dan, Franza tiġġustifika l-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni fuq il-bażi li huwa meħtieġ li tiġi armonizzata s-sitwazzjoni tal-impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura għal dak li għandu x’jaqsam ma l-allokazzjoni ta’ għajnuniet pubbliċi mas-sitwazzjoni tal-impriżi fis-settur tal-agrikoltura, li għalihom kienet ġiet approvata skema ta’ għajnuniet simili fl-2004. Madankollu, billi din l-iskema hija indirizzata lis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, li għalihom kienu ġew adottati linji gwida speċifiċi, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-fatt li hemm skema ta’ għajnuniet tal-istess natura li ġiet approvata għal settur ta’ kummerċ ieħor. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-iskema li tapplika għall-impriżi fis-settur tal-agrikoltura nżammet sal-31 ta’ Diċembru 2008 b’permess speċjali, skond il-punt 196 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija 2007-2013 (8). Iżda l-każ li qed neżaminaw jirrigwarda skema ġdida li tapplika għall-impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. Għalhekk għandu jkun eżaminat fir-rigward tar-regoli li japplikaw għal dan is-settur, u mhux b’analoġija ma’ skema li teżisti f’settur ta’ kummerċ ieħor u li hija approvata fuq il-bażi ta’ regoli differenti minn dawk li japplikaw għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. Għaldaqstant, dan l-argument ma jistax jiġi aċċetat. |
(33) |
Bl-istess mod, l-analoġija ma’ l-għajnuniet għall-impriżi l-kbar li jistgħu jingħataw fl-2007 u l-2008 taħt l-IFGS ma jistgħux jiġu aċċettati biex jiġġustifikaw it-twaqqif ta’ skema ta’ għajnuniet ġdida, strettament fuq livell nazzjonali, għal dawn l-impriżi (ara l-premessa 0). Fil-fatt, ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-programmi ta’ interventi strutturali u ma’ l-għajnuniet mogħtija f’dan il-kuntest u r-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat huma indipendenti minn xulxin, ħlief jekk issir referenza espliċita għalihom (bħal m’huwa l-każ fil-linji gwida, li jirreferu għall-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006). Għaldaqstant, il-fatt li, għal raġunijiet esklussivament relatati ma’ restrizzjonijiet fl-eżekuzzjoni tal-baġit, xi sussidji jistgħu għadhom ma ġewx allokati taħt il-programm tal-1999-2006 tal-IFGS, m’għandux effett fuq ir-regoli li japplikaw għall-iskema ta’ għajnuniet preżenti. |
6. KONKLUŻJONI
(34) |
Fuq il-bażi tal-analiżi mogħtija fil-parti 6, għandu jiġi konkluż li l-iskema ta’ għajnuniet mogħtija mill-FISIAA lill-impriżi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, innotifikata minn Franza fl-24 ta’ April 2007, hija inkumpatibbli mas-suq komuni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iskema ta’ għajnuniet ippjanata minn Franza biex tissussidja l-impriżi tas-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Fond ta’ Intervent Strateġiku tal-Industriji Agroalimentari (FISAA) hija inkumpatibbli mas-suq komuni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmula fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.
(4) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(5) http://agriculture.gouv.fr/sections/presse/communiques/2eme-appel-projets-pour
(8) ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Settembru 2008
li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għal azzjonijiet fit-taqsima tat-tagħrif dwar mard tal-annimali
(2008/739/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-Komunità tista’ twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp tal-edukazzjoni jew it-taħriġ veterinarju. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika tal-mard tal-annimali fil-Komunità (2) tistabbilixxi sistema għan-notifika tat-tifqigħat ta’ kwalunkwe mard elenkat fl-Anness I tagħha (“is-sistema Komunitarja għan-notifika tal-mard tal-annimali”). |
(3) |
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) hija organizzazzjoni intergovernattiva rappreżentattiva responsabbli għat-titjib tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja. Fil-qasam tat-tagħrif dwar mard, l-OIE għandha l-esperjenza unika li tiżviluppa d-Database għat-Tagħrif dwar is-Saħħa tal-Annimali (WAHID), interkonnessjoni li tistipula sensiela komprensiva ta’ tagħrif dwar mard tal-annimali. Id-WAHID tintuża mill-pajjiżi membri kollha tal-OIE, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija ġdida għas-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura” (3) tidentifika l-ħarsien mit-theddid relatat mal-annimali, is-sorveljanza u t-tħejjija f’każ ta’ kriżi bħala waħda mill-pilastri tal-istrateġija l-ġdida dwar is-saħħa tal-annimali. B’mod partikolari, din il-Komunikazzjoni tisħaq dwar il-fatt li t-tagħrif ġenerat mis-sorveljanza veterinarja, mill-attivitajiet u l-programmi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll jagħti evidenza xjentifika kruċjali lill-istituzzjonijiet u l-gvernijiet Komunitarji biex tappoġġja d-deċiżjoni dwar il-ħarsien mill-mard u l-miżuri ta’ kontroll. |
(5) |
Din il-Komunikazzjoni tistipula l-adattament tas-sistema Komunitarja għan-notifika ta’ mard tal-annimali bħala eżitu mistenni tal-istrateġija l-ġdida dwar is-saħħa tal-annimali. Eżitu mistenni ieħor stipulat f’din il-Komunikazzjoni huwa s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti veterinarja tal-Komunità, biex ikun hemm konverġenza mal-istandards internazzjonali, inklużi l-istandards tal-OIE. |
(6) |
Għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità, huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti azzjonijiet fi sħubija mal-OIE, bl-għan li s-sistema Komunitarja għan-notifika tal-mard tal-annimali tiġi allinejata mad-WAHID, waqt li jinġabar tagħrif epidemjoloġiku u b’mod partikolari t-tfassil tas-settijiet tad-dejta, id-databases u l-protokolli għall-iskambju ta’ dejta. Huwa għalhekk xieraq li ssir kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-finanzjament tal-iżvilupp tas-sistema ta’ tagħrif dwar mard tal-annimali għall-perjodu mill-2008 sa l-2012 mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Għandu jkun speċifikat l-ammont massimu ta’ din il-kontribuzzjoni. |
(7) |
Il-ġbir ta’ analiżi u t-taqsir ta’ tagħrif dwar is-saħħa tal-annimali fil-Balkani, fiż-żoni tal-Kawkażu u tal-Mediterran, speċjalment fir-rigward ta’ mard li jinfirex minn fruntiera għal oħra, huwa ta’ importanza kruċjali għall-Komunità, għall-ħarsien mit-theddid għas-saħħa tal-annimali fit-territorju tagħha. Dan it-tagħrif madankollu mhuwiex disponibbli faċilment fil-każijiet kollha. |
(8) |
L-OIE żviluppat Għodda għall-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Servizzi Veterinarji (l-Għodda tal-OIE għall-PSV). Din l-għodda hija mfassla biex tgħin lis-servizzi veterinarji tal-pajjiżi li huma membri tal-OIE jistabbilixxu l-livell attwali tagħhom tal-prestazzjoni u biex tidentifika d-differenzi u n-nuqqasijiet fir-rigward tal-ħila tagħhom li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-OIE. L-Għodda tal-OIE għall-PSV tiġġenera wkoll tagħrif dwar is-saħħa tal-annimali fil-pajjiżi membri tal-OIE. Il-Komunità għandha għalhekk tanalizza l-attivitajiet u t-tagħrif ġenerati minn din l-għodda fir-rigward tal-Balkani, iż-żoni tal-Kawkażu u tal-Mediterran. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li ssir kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-iżvilupp u l-analiżi tal-attivitajiet li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali fil-Balkani, u fiż-żoni tal-Kawkażu u tal-Mediterran, mill-OIE. Għandu jkun speċifikat l-ammont massimu ta’ din il-kontribuzzjoni. |
(10) |
L-Artikolu 168(1)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) jistipula li l-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-entitajiet b’monopolju de jure jew de facto issostanzjat kif xieraq fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni. |
(11) |
L-OIE għandha monopolju de facto fis-settur tagħha, mit-twaqqif tagħha ‘l hawn permezz tal-Ftehim internazzjonali ffirmat fil-25 ta’ Jannar 1924. L-OIE hija l-organizzazzjoni intergovernattiva responsabbli għal titjib tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja u hija rikonoxxuta bħala organizzazzjoni ta’ referenza mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Għaldaqstant mhix meħtieġa sejħa għall-proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lil din l-organizzazzjoni, skond din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kif stipulat fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, permezz ta’ dan, qed tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-finanzjament tal-iżvilupp tas-sistema ta’ tagħrif dwar mard tal-annimali għall-perjodu mill-2008 sal-2012 mill-Organizzazjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE) sa ammont massimu ta’ EUR 750 000.
Artikolu 2
Kif stipulat fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, permezz ta’ dan, qed tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-finanzjament tal-analiżi tal-attivitajiiet relatati mas-saħħa tal-annimali fil-Balkani, fiż-żoni tal-Kawkażu u tal-Mediterran mill-OIE, għall-perjodu mill-2008 sal-2012 sa ammont massimu ta’ EUR 250 000.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji stipulati fl-Artikoli 1 u 2 għandhom ikunu ffinanzjati permezz tal-linja tal-baġit 17 04 02 01 tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għall-2008.
Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(2) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.
(3) COM(2007) 539 finali.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Settembru 2008
li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-ispinetoram fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4965)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/740/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 (3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttivao91/414/KEE tistipula l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. |
(2) |
Tressaq dossier għas-sustanza attiva spinetoram minn Dow Agrosciences lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fis-17 ta’ Ottubru 2007 b’applikazzjoni għall-kisba tal-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ data u tagħrif stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier intbagħat sussegwentament mill-applikant lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u ġie referut lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
(4) |
Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell Komunitarju li d-dossier meqjus li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u tat-tagħrif stipulati fl-Anness II u, għall-inqas għal prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq data jew tagħrif ulterjuri sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bla ħsara għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier li għandu x’jaqsam mas-sustanza attiva identifikata fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, li tressaq quddiem il-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva, jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif stipulati fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva.
Id-dossier jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif stipulati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti.
Artikolu 2
L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall id-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kondizzjoni għal dik l-inklużjoni malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
ANNESS
Sustanza attiva kkonċernata minn din id-deċiżjoni
Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC |
Applikant |
Data tal-applikazzjoni |
L-Istat Membru Relatur |
Spinetoram Nru.-CIPAC: 802 |
Dow Agrosciences |
fis-17 ta’ Ottubru 2007. |
Ir-Renju Unit |
IV Atti oħrajn
SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/23 |
DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA EFTA
Nru 127/07/COL
tat-18 ta’ April 2007
dwar għajnuna ta’ Riċerka u Żvilupp mogħtija mill-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter (in-Norveġja)
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA EFTA (1),
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti ta’ Ġustizzja (3), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(2) u (3) fil-Parti I u l-Artikoli 1, 4, 6, 7(3), 10, 13, 14, 16 u 20 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (4),
WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji ta’ Gwida ta’ l-Awtorità (5) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE, u b’mod partikolari l-Kapitolu 14 tiegħu, “L-Għajnuna għar-Riċerka u l-Iżvilupp”,
WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 195/04/COL ta’ l-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet implimentattivi msemmija fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 (6),
WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 217/94/COL ta’ l-1 ta’ Diċembru 1994 sabiex ikunu proposti miżuri xierqa għan-Norveġja dwar, fost l-oħrajn, l-iskema ta’ għajnuna ta’ Programmi Industrijali ta’ R&D,
WARA LI KKUNSIDRAT l-aċċettazzjoni tan-Norveġja għall-miżuri xierqa proposti permezz ta’ l-ittra bid-data tad-19 ta’ Diċembru 1994,
WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06/COL tat-8 ta’ Marzu 2006 sabiex tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ għajnuna ta’ R&D mogħtija mill-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter (7),
WARA LI SEJĦET lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom għal din id-Deċiżjoni u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
I. IL-FATTI
1. Il-Proċedura
Permezz ta’ l-ittra bid-data tal-5 ta’ Marzu 2002 (id-Dok. Nru. 02-1733-A), l-Awtorità rċeviet ilment li jallega li ngħatat għajnuna ta’ l-Istat min-Norveġja permezz tal-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja (minn hawn ’il quddiem: “il-KRN”) lil diversi proġetti ta’ riċerka li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter.
L-Awtorità talbet informazzjoni mill-awtoritajiet Norveġiżi permezz ta’ l-ittra bid-data tas-26 ta’ April 2002 (id-Dok. Nru. 02-2605-D). Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija wieġeb bl-ittra bid-data tat-3 ta’ Ġunju 2002 (id-Dok. Nru 02-4177-A), li kienet tinkludi l-kummenti tal-KRN dwar l-hekk imsejjaħ proġett Turborouter.
Wara diversi skambji ta’ korrispondenza (8), permezz ta’ l-ittra bid-data tat-8 ta’ Marzu 2006 (l-Avveniment Nru 363353), l-Awtorità informat lill-awtoritajiet Norveġiżi li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fir-rigward ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter.
Permezz ta’ l-ittra bid-data tas-7 ta’ April 2006, l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu kummenti għad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali.
Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06/COL li tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u s-Suppliment ŻEE tiegħu (9). L-Awtorità talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.
L-Awtorità rċeviet kummenti minn parti interessata waħda. Permezz ta’ l-ittra bid-data ta’ l-1 ta’ Diċembru 2006 (l-Avveniment Nru 400677) l-Awtorità mexxiet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Norveġiżi. Permezz ta’ l-ittra mill-Ministeru għall-Amministrazzjoni u r-Riforma tal-Gvern bid-data tat-8 ta’ Jannar 2007 (l-Avveniment Nru 405517) li mexxa ’l quddiem ittra mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u r-Riċerka bid-data tal-5 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-kummenti tagħhom.
2. L-erba’ proġetti relatati mal-programm ta’ softwer Turborouter appoġġjati bil-fondi tal-KRN
2.1. Id-deskrizzjoni tal-proġetti
F’dan li ġej, l-Awtorità se tipprovdi biss deskrizzjoni qasira tal-proġetti li qed jiġu vvalutati. Għal deskrizzjoni dettaljata ta’ kull wieħed minnhom, qed issir referenza għad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06/COL (10).
2.1.1. Il-proġett 40049 – Attivitajiet strateġiċi fi ħdan it-trasport marittimu u l-loġistika (L-ewwel verżjoni tal-programm ta’ softwer Turborouter)
Turborouter huwa għodda (11) għall-ottimizzazzjoni ta’ l-iskedar tal-flotta tal-bastimenti, jiġifieri biex ikun deċiż liema merkanzija tiġi assenjata għall-bastimenti differenti. Dan jikkombina l-għarfien u l-esperjenza ta’ min jippjana mal-kapaċitajiet ta’ kalkolazzjoni tal-kompjuter. It-Turborouter huwa bbażat fuq mapep elettroniċi tal-baħar fejn l-informazzjoni ta’ l-iskedar tkun tista’ tintwera u jinkludi database għall-bastimenti, il-portijiet, il-merkanzija, eċċ; il-kalkolazzjoni awtomatika tad-distanzi bejn port u ieħor; rapporti dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti u aġġornament awtomatiku tal-ħin stmat għall-wasla; ottimizzazzjoni sofistikata tar-rutina għall-iskedar tal-flotot u viżwalizzazzjoni ta’ l-iskeda jew kalkolatur ta’ l-iskeda għall-ippjanar manwali.
L-ewwel verżjoni bi prova tas-softwer Turborouter ġiet żviluppata fl-ewwel sena ta’ riċerka ta’ wieħed mis-sottoproġetti tal-Proġett 40049 “Attivitajiet strateġiċi fi ħdan it-trasport u l-loġistika marittima” imsejjaħ “Il-metodi u l-għodod analitiċi għat-tfassil u l-operazzjoni ta’ katini integrati ta’ trasport u loġistika”.
2.1.2. Żvilupp ulterjuri tal-programm ta’ softwer Turborouter
Skond l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, il-KRN għażel diversi proġetti relatati ma’ l-iżvilupp tal-pakkett ta’ softwer Turborouter għall-appoġġ fl-R&D.
2.1.2.1. Il-proġett 138811 – AlgOpt
L-għan ta’ dan il-proġett (12) kien li jiżviluppa u jwettaq testijiet prattiċi ta’ algoritmi sabiex tkun ikkalkulata l-aħjar utilizzazzjoni ta’ flotta ta’ vapuri, fid-dawl ta’ l-obbligi tal-ġarr ta’ merkanzija għal diversi klijenti, tar-rekwiżiti dwar meta l-merkanzija trid tiġi mgħobbija u tinħatt fil-port tad-destinazzjoni, tal-possibbiltà tal-ġarr ta’ merkanzija konġunta ta’ numru limitat ta’ oġġetti kbar fuq kull vjaġġ, kif ukoll tal-limitazzjonijiet li jistgħu jfissru li mhux il-bastimenti kollha involuti jkunu adattati biex iservu l-klijenti u l-portijiet kollha. L-algoritmi għandhom ikunu integrati f’kunċett ta’ softwer li jkun jista’ joffri lill-utenti l-kontroll sħiħ u l-possibbiltà li jwarrbu s-suġġerimenti pprovduti mill-algoritmi.
Skond l-informazzjoni mressqa mill-awtoritajiet Norveġiżi, il-Proġett AlgOpt kien biss studju ta' qabel li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ l-utent u li jinvestiga l-fattibilità ta’ l-użu tat-Turborouter għall-imsieħeb kuntrattwali, il-kumpanija Beltship Management AS.
2.1.2.2. Il-proġett 144265 – Shiplog II
Il-proġett Shiplog kien jittratta prinċipalment it-trasport bil-baħar. Dan il-proġett (13) kien mistenni li juża r-riżultati ta’ proġett preċedenti msejjaħ Shiplog (li ma kienx jinvolvi l-użu tat-Turborouter) sabiex jiffoka fuq ir-rekwiżiti għat-twassil ta’ oġġetti bieb bieb, fejn it-trasport bil-baħar ikun element ewlieni. Waħda mill-attivitajiet ewlenin kienet tikkonċerna l-integrazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Katina tat-Trasport (TCMS - Transport Chain Management System) u t-Turborouter, li kellha tispeċifika l-konnessjoni bejn it-tnejn u turi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn it-Turborouter u d-dimostratur tat-TCMS. Dan il-proġett naqas milli jilħaq l-għanijiet tiegħu prinċipalment għaliex it-TCMS u t-Turborouter ma setgħux jiġu integrati b’mod sodisfaċenti.
2.1.2.3. Il-proġett 144214 – Il-librerija ta’ rutini ta’ ottimizzazzjoni għall-iskedar tal-ġarr bil-baħar
Il-proġett ta’ riċerka prekompetittiv “Il-librerija ta’ rutini ta’ ottimizzazzjoni għall-iskedar tal-ġarr bil-baħar” kellu l-għan li jiżviluppa algoritmi għal ottimizzazzjoni u skedar avvanzat ta’ operazzjonijiet kumplessi ta’ ġarr bil-baħar. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-librerija ta’ algoritmi hija speċifika għall-kummerċ u għall-kumpanija u għalhekk għandha tkun fil-pussess tal-kumpanija u mhux parti mis-“sett ta’ l-għodda” standard tat-Turborouter.
2.2. Id-deskrizzjoni tar-relazzjoni bejn l-erba’ għotjiet ta’ għajnuna u l-iskema ta’ għajnuna Norveġiża għall-programmi industrijali ta’ R&D
Skond l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-erba’ għotjiet ta’ għajnuna koperti mid-Deċiżjoni preżenti rċevew għajnuna fi ħdan il-qafas ta’ l-iskema ta’ għajnuna “Programmi Industrijali ta’ R&D” (brukerstyrte forskningsprogrammer).
L-iskema ta’ għajnuna msejħa “Programmi Industrijali ta’ R&D” (brukerstyrte forskningsprogrammer) li kienet amministrata mill-KRN kienet stabbilita qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE.
F’Diċembru 1994, l-Awtorità adottat Deċiżjoni dwar diversi skemi ta’ għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp li kienu jeżistu fin-Norveġja qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE, fosthom l-iskema ta’ għajnuna tal-Programm Industrijali ta’ R&D (brukerstyrte forskningsprogrammer, il-każ nru 93-183). F’din id-Deċiżjoni, l-Awtorità pproponiet miżuri xierqa sabiex l-iskema tinġieb konformi mar-regoli ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat tal-Ftehim ŻEE (14). B’mod partikolari, l-Awtorità pproponiet lin-Norveġja l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet dettaljati li kellhom jiżguraw li l-għotjiet ta’ għajnuna jingħataw skond il-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 14 tal-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
In-Norveġja aċċettat il-miżuri xierqa proposti mill-Awtorità permezz ta’ l-ittra bid-data tad-19 ta’ Diċembru 1994. L-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa kienet timplika li għoti ta’ l-għajnuna taħt il-Programm Industrijali ta’ R&D isir skond id-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida tar-R&D ta’ l-Awtorità kif kienu adottati fl-1994.
L-għajnuna ġiet mogħtija mill-KRN lil dawn il-proġetti fi ħdan l-iskema ta’ R&D tal-Programm Industrijali ta’ R&D.
3. Id-dubji ta’ l-Awtorità espressi fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL
Fit-8 ta’ Marzu 2006, l-Awtorità ddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali pprovduta fl-Artikolu 1(2) fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u tal-Qorti dwar l-għajnuna ta’ R&D mogħtija mill-KRN f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter (id-Deċiżjoni Nru 60/06/COL). Fid-deċiżjoni tal-bidu, l-Awtorità ddeskriviet l-ilment, l-erba’ proġetti relatati mal-programm ta’ softwer Turborouter appoġġjati mill-fondi tal-KRN u r-relazzjoni bejn l-erba’ għotjiet ta’ għajnuna u l-iskema Norveġiża għall-Programmi Industrijali ta’ R&D.
L-Awtorità għamlet valutazzjoni dettaljata tal-qafas legali applikabbli għall-valutazzjoni ta’ l-erba’ proġetti kkonċernati (15). Wara l-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa ssuġġeriti fid-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 217/94/COL, kwalunkwe għotja ta’ għajnuna taħt il-Programm Industrijali ta’ R&D kellha ssir skond il-Linji ta’ Gwida ta’ l-R&D ta’ l-1994. B’konsegwenza ta’ dan, skond id-definizzjoni, kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ Programmi Industrijali ta’ R&D li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D tkun tmur lilhinn mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema. B’hekk, dan jikkostitwixxi għajnuna individwali ġdida u, bħala tali, għandha tkun notifikata lill-Awtorità individwali u tkun ivvalutata fuq il-bażi tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D applikabbli fil-mument li fih ingħatat l-għajnuna.
Dwar ir-raġunijiet għall-bidu ta’ l-investigazzjoni formali, l-Awtorità esprimiet dubji fuq diversi punti dwar jekk l-erba’ proġetti ta’ R&D kkonċernati kinux irċevew appoġġ fi ħdan il-qafas ta’ l-iskema ta’ għajnuna tal-Programmi Industrijali ta’ R&D.
L-Awtorità kellha dubji dwar jekk dawn il-proġetti marrux lilhinn mill-istadju ta’ riċerka applikata jew prekompetittiva sabiex jikkostitwixxu prodott kummerċjali. Il-linja ta’ konfini bejn il-proġett bi prova, li ma setax jintuża kummerċjalment, u prodott kummerċjali finali dehret mifruxa ħafna fil-każ ikkonċernat għaliex is-softwer jeħtieġ li jiġi adattat mill-ġdid għal kull applikazzjoni speċifika ġdida għal kull utent finali. L-Awtorità staqsiet sa liema livell l-iżvilupp ulterjuri tal-programm ta’ softwer Turborouter, għall-użu fl-iżviluppar ta’ applikazzjonijiet li jservu ħtiġiet konkreti għall-użi finali, jista’ jkun kopert bid-definizzjoni ta’ riċerka applikata.
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju tal-proċedura, l-Awtorità ma kinitx fil-pożizzjoni li tiċċertifika jekk dawn il-proġetti kinux ikklassifikati korrettament bħala attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv jew jekk, min-naħa l-oħra, kinux diġà qrib wisq għas-suq biex ikunu eliġibbli għall-għajnuna ta’ l-Istat.
Barra minn hekk, l-Awtorità kellha dubji dwar il-finanzjar tal-proġetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħruġ ta’ flus effettiv tal-kontribuzzjonijiet, f’oġġetti, tal-benefiċjarji stess tal-proġetti.
Wara l-argumenti miġjuba minn min għamel l-ilment, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk l-ispejjeż ġenerali tal-proġetti kinux miżjuda b’mod artifiċjali biex ikopru l-ispejjeż operattivi ta’ l-intrapriżi benefiċjarji u jekk l-ispiża reali tar-riċerka tal-proġetti kinitx tikkorrispondi għall-ammonti mogħtija mill-KRN.
Lill-Awtorità dehrilha li kien il-Marintek, l-istitut ta’ riċerka li żviluppa l-ewwel programm ta’ softwer Turborouter, li kellu l-għarfien neċessarju u l-kompetenza teknoloġika biex iwettaq il-proġett. Għaldaqstant, deher razzjonali li wieħed jassumi li ħafna mix-xogħol jitwettaq mill-istaff tiegħu. Dan ikun jimplika, fil-prinċipju, li l-involviment ta’ l-istaff ta’ l-intrapriżi parteċipanti aktarx kien relatat mad-definizzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-utenti u/jew, sa ċertu punt, ta’ l-ittestjar. Tant hu hekk li l-kontribuzzjoni f’oġġetti ta’ l-intrapriżi parteċipanti setgħet ma kinitx tikkorrispondi għall-ispejjeż ta’ riċerka, l-ispejjeż totali tal-proġett ta’ riċerka kienu jkunu inqas u l-intensitajiet ta’ l-għajnuna kienu jkunu konsegwentement ogħla.
Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità kellha dubji kemm dwar jekk il-proġetti msemmija qabel kinux irċevew għajnuna b’mod konformi mal-Linji ta’ Gwida applikabbli ta’ R&D kif ukoll dwar jekk il-benefiċjarji kinux użaw l-għajnuna bi ksur tal-miżuri xierqa aċċettati fuq l-iskema tal-Programmi Industrijali ta’ R&D.
4. Il-kummenti tal-partijiet terzi
Fl-24 ta’ Novembru 2006, l-Awtorità rċeviet kummenti minn parti interessata li kienu iktar ta’ natura ġenerali milli direttament relatati mad-dubji li l-Awtorità esprimiet fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL sabiex tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-R&D mogħtija fir-rigward ta’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter. Din il-parti allegat li l-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja kien ta fondi sostanzjali lil proġett ġdid imsejjaħ OPTIMAR (16). Dan il-proġett huwa appoġġjat b’mod sħiħ mill-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja għas-snin 2005-2009. Idealment, dan il-proġett huwa mmexxi mid-Dipartiment tar-Riċerka Operattiva ta’ l-Università Norveġiża tax-Xjenza u t-Teknoloġija (minn hawn ’il quddiem imsejħa NTNU) fi Trondheim. L-għan aħħari ta’ dan il-proġett huwa li jiżviluppa ulterjorment it-Turborouter fi proġett kummerċjali, proċess li diġà beda jseħħ.
Din il-parti żiedet: “Il-Profs. Marielle Christiansen (Kap tal-proġett OPTIMAR) fi Trondheim tqis li huwa ferm diffiċli għall-kumpaniji biex jipparteċipaw u jieħdu vantaġġ mir-riżultati ta’ dan il-programm li jingħad li huwa programm ta’ riċerka pubblika bil-għan li jwessa’ l-bażi għall-kumpaniji kollha Norveġiżi, għaliex huma diġà qed jaħdmu mill-qrib mas-SINTEF u l-MARINTEK u kienu wiegħdu li jaqsmu r-riżultati tar-riċerka ma’ dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali (is-SINTEF u l-MARINTEK huma t-tnejn istituti lokalizzati fi Trondheim u għal numru ta’ raġunijiet għandhom rabtiet mill-qrib ma’ l-Università Teknika NTNU).”
Fl-opinjoni ta’ din il-parti: “It-Turborouter huwa b’mod qawwi l-element komuni f’din il-kwistjoni peress li l-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-NTNU/Dipt. ta’ Riċ. Oper./Marintek/SINTEF jaraw it-TURBOROUTER bħala l-għan komuni tagħhom”.
Din il-parti allegat li l-kumpaniji li qed jaħdmu biex jiżviluppaw it-TURBOROUTER issa qed jieħdu saħansitra iktar għajnuna ta’ l-Istat permezz ta’ l-NTNU, liema għajnuna qed tkun koperta bħala fondi għal riċerka bażika.
Il-kumment finali li ntqal kien li t-Turborouter ma kien użat mill-ebda waħda mill-kumpaniji li rċeviet il-fondi biex tiżviluppah, li wassal lil din il-parti biex tikkonkludi li l-fondi riċevuti fil-proġett ta’ riċerka kienu sempliċiment sussidji għall-operazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum.
5. Kummenti ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi
5.1. Kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali
5.1.1. Il-kummenti tal-Ministeru ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riforma tal-Gvern
Fl-ittra bid-data tas-7 ta’ April 2006, il-Ministeru ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riforma tal-Gvern irrefera għad-deskrizzjoni li saret fid-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06/COL dwar il-korrispondenza formali ma’ l-awtoritajiet Norveġiżi. L-awtoritajiet Norveġiżi għamlu referenza ulterjuri għal-laqgħat bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi f’Ottubru 2002 u f’Settembru 2004, u żiedu li kienet saret laqgħa bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi fi Brussell fit-22 ta’ Mejju 2003.
L-awtoritajiet Norveġiżi urew li d-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06/COL ma ddeskrivietx kif l-għajnuna għall-iżvilupp tal-programm Turborouter fixklet il-kompetizzjoni fiż-ŻEE jew fis-swieq terzi. Fl-opinjoni tagħhom, din il-kwistjoni trid tiġi ċċarata għaliex il-programm ta’ R&D Turborouter naqas milli jikseb ir-riżultati mistennija. Għalkemm l-awtoritajiet Norveġiżi rrikonoxxew li l-għarfien intanġibbli mill-proġett kien ġie mifrux fi proġetti oħra ta’ R&D, huma ma kkunsidrawx li dan effettwa l-kompetizzjoni fis-Suq Intern, jew fis-swieq tal-pajjiżi terzi.
L-awtoritajiet Norveġiżi kellhom dubji dwar xi fatti fl-allegazzjonijiet ta’ min għamel l-ilment li kienu ripetuti fid-deċiżjoni ta’ l-Awtorità, b’mod partikolari, l-allegazzjonijiet fit-taqsima tlieta tal-paġna 3 fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL u l-kwotazzjonijiet ta’ sostenn minn min għamel l-ilment.
L-awtoritajiet Norveġiżi l-ewwelnett kellhom dubju dwar kif min għamel l-ilment kien kapaċi li jikklassifika l-proġetti bħala li huma qrib wisq tas-suq. Barra minn hekk, huma kellhom dubju dwar kif min għamel l-ilment seta’ jallega li r-riżultati ta’ R&D ma kinux ġew imxerrda minkejja l-fatt li l-Marintek irċeviet id-drittijiet ta’ proprjetà għall-programm. Fl-aħħar, huma kellhom dubji dwar kif min għamel l-ilment kien kapaċi jgħid li l-kontribuzzjonijiet tal-kapital proprju mill-kumpaniji parteċipanti kienu fir-realtà inqas minn dawk iddikjarati fil-formola ta’ l-applikazzjoni. Skond il-KRN, min għamel l-ilment ġie mċaħħad mit-talba tiegħu għall-aċċess għall-formoli ta’ l-applikazzjoni u għall-kuntratti ta’ R&D minħabba raġunijiet professjonali ta’ kunfidenzjalità. F’dan l-isfond, l-awtoritajiet Norveġiżi jemmnu li l-allegazzjonijiet ta’ min għamel l-ilment huma b’mod ġenerali nieqsa mis-sostenn. L-awtoritajiet Norveġiżi żiedu: “L-allegazzjonijiet ta’ min għamel l-ilment li l-kontribuzzjonijiet tal-kapital proprju mill-kumpaniji kkonċernati kienu inqas minn kemm iddikjarat fil-formoli ta’ applikazzjoni jimplikaw ukoll li dawn id-ditti huma wkoll akkużati bl-użu ħażin ta’ l-għajnuna mill-Istat. Dan ukoll iwassal għal mistoqsijiet relatati maċ-ċertezza legali tal-kumpaniji li ħadu sehem fil-proġetti tat-Turborouter. Dawn il-pretensjonijiet minn min għamel l-ilment iridu għalhekk jiġu sostanzjati b’mod ċar.”
5.1.2. Il-kummenti tal-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja
F’ittra mehmuża ma’ l-ittra msemmija hawn fuq mill-Ministeru ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riforma, il-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja (minn hawn ’il quddiem il-KRN) ikkummenta dwar id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06COL. Il-KRN wera li kien bagħat lill-Awtorità l-informazzjoni kollha disponibbli u l-kjarifika mitluba, inkluż is-sottomissjoni tal-kopji tad-dokumentazzjoni tal-proġetti kollha għall-erba’ proġetti relatati ma’ l-iżvilupp tat-Turborouter appoġġjati bil-fondi mill-KRN. Skond il-KRN, fil-laqgħat u fil-korrispondenza sa u inkluż il-20 ta’ Ġunju 2003, id-data ta' l-ittra mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-unika kwistjoni ta’ diskussjoni kienet il-klassifikazzjoni korretta tal-proġetti skond il-Linji ta’ Gwida għall-għajnuna għall-R&D.
Fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-proġetti, il-KRN allega li t-tabelli pprovduti fid-deskrizzjoni tal-fondi tal-proġetti fid-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06/COL ma kinux b’mod sħiħ konformi mal-figuri pprovduti fit-test. Il-fondi mogħtija mill-KRN għall-proġetti kienu jikkonsistu f’żewġ partijiet. Parti waħda tal-fondi mill-KRN kienu fil-fatt fondi privati li joriġinaw mill-Assoċjazzjoni Norveġiża tas-Sidien tal-Vapuri, filwaqt li l-bqija kienu fondi pubbliċi. It-tabella ta’ hawn taħt, li hija l-istess bħal dik imressqa lill-Awtorità fl-ittra tal-11 ta’ April 2003, tiddeskrivi s-sitwazzjoni. Fir-rigward tal-proġett 138811 AlgOpt, it-tabella fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL tipprovdi l-figuri kif kienu fil-bidu tal-proġett. Matul it-twettiq, il-proġett ingħata fondi addizzjonali ta’ NOK 100 000 li minnhom NOK 25 000 kienu mogħtija mill-KRN.
Tabella 1
Proġetti appoġġjati mill-KRN, li jinvolvu l-iżvilupp tat-Turborouter
|
p 40049 |
p 144265 |
p 138811 |
p 144214 |
||||
Attivitajiet strateġiċi fi ħdan it-trasport marittimu u l-loġistika |
Shiplog II |
AlgOpt |
Il-librerija ta’ rutini ta’ ottimizzazzjoni għall-iskedar tal-ġarr bil-baħar |
|||||
1 000 NOK |
% |
1 000 NOK |
% |
1 000 NOK |
% |
1 000 NOK |
% |
|
Fondi Proprji |
4 500 |
43 |
800 |
13 |
625 |
61 |
1 950 |
28 |
Fondi privati oħra |
0 |
0 |
3 250 |
52 |
75 |
7 |
2 750 |
39 |
Fondi pubbliċi oħra |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
Prgr. KRN. MARITIM |
6 000 |
57 |
2 150 |
35 |
325 |
32 |
2 300 |
33 |
li minnhom NSA |
1 380 |
13 |
750 |
12 |
120 |
12 |
805 |
12 |
li minnhom pubbliċi |
4 620 |
44 |
1 400 |
23 |
205 |
20 |
1 495 |
21 |
Fondi totali |
10 500 |
100 |
6 200 |
100 |
1 025 |
100 |
7 000 |
100 |
Persunal u spejjeż indiretti |
8 700 |
83 |
800 |
13 |
545 |
53 |
4 100 |
59 |
Ix-xiri ta’ R&D |
600 |
6 |
2 150 |
35 |
380 |
37 |
2 900 |
41 |
Tagħmir |
450 |
4 |
100 |
2 |
0 |
0 |
0 |
0 |
Spejjeż operattivi oħra |
750 |
7 |
3 150 |
51 |
100 |
10 |
0 |
0 |
Spejjeż totali |
10 500 |
100 |
6 200 |
100 |
1 025 |
100 |
7 000 |
100 |
L-imsieħeb fil-kuntratt |
Marintek |
UECC |
Beltship Management AS |
Beltship Management AS |
||||
Il-parteċipanti |
NTNU |
Marintek |
Marintek |
Marintek |
||||
|
|
R.S. Platou Shipbrokers |
|
Iver Ships AS |
||||
|
|
Iver Ships AS |
|
Shipnet AS |
||||
|
|
LogIT AS |
|
Laycon Solutions AS |
||||
|
|
Lorentsen & Stemoco AS |
|
|
||||
|
|
Astrup Fearnleys AS |
|
|
||||
|
|
DFDS Tollpost Globe |
|
|
||||
|
|
Shipnet AS |
|
|
||||
|
|
Wallenius Wilhelmsen |
|
|
||||
|
|
SINTEF Tele og data |
|
|
||||
Perjodu tal-Proġett |
Jan 1996–Diċ 1998 |
Jan 2001–Diċ 2002 |
Jan 2000–Ott 2000 |
Jan 2001–Diċ 2002 |
Fir-rigward tal-kummenti ta’ l-Awtorità fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL dwar li l-KRN ma deherx li kien jikkontrolla kif il-kontribuzzjonijiet proprji tal-benefiċjarji kienu mqassma għal diversi attivitajiet u jekk effettivament dawn il-kontribuzzjonijiet kinux imħallsa, il-KRN ikkunsidra li dawn kienu ddeskrivew kif l-ispejjeż eliġibbli kienu kkontrollati qabel ma tħallset l-għajnuna lill-imsieħeb fil-kuntratt u kif il-kontribuzzjonijiet differenti kienu mħallsa f’korrispondenza preċedenti ma’ l-Awtorità (17).
Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-proġetti 138811 AlgOpt, 144265 Shiplog II u 144214 il-Librerija ta’ rutini ta’ ottimizzazzjoni għall-iskedar tal-ġarr bil-baħar, il-KRN iddikjara mill-ġdid li t-tliet proġetti kienu kklassifikati bħala żvilupp prekompetittiv fuq il-bażi ta’ valutazzjoni u evalwazzjoni dettaljati ta’ l-applikazzjonijiet tal-proġett skond il-proċeduri u l-linji ta’ gwida tal-KRN għall-valutazzjoni tal-proġetti. Dawn il-proċeduri u l-linji ta’ gwida ddaħħlu fis-seħħ sabiex ikun żgurat li l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-Programmi Industrijali ta’ R&D tkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 14 tal-Linji ta’ Gwida għall-Għajnuna mill-Istat.
Il-KRN spjega li hemm sistema interna ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità ta’ l-attivitajiet tal-KRN. Din is-sistema hija msejħa DOKSY. DOKSY tinkludi dokumentazzjoni vasta tal-linji ta’ gwida, il-proċeduri u l-prattiċi li kienu segwiti fil-KRN. Wieħed minn dawn id-dokumenti huwa l-linji ta’ gwida għad-determinazzjoni ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna applikata għal proġetti miżmuma. Dan id-dokument intern, DOKSY-5-6-1-4-IE, bit-titolu “Støtteandel etter EØS-bestemmelser” (l-intensitajiet ta’ l-għajnuna skond ir-regoli ŻEE) jikkorrispondi għall-Linji ta’ Gwida ta’ l-Awtorità dwar ir-R&D. Id-dokument japplika definizzjonijiet u intensitajiet ta’ għajnuna korrispondenti b’mod konformi mad-definizzjoni ta’ l-istadji differenti ta’ R&D fil-Linji ta’ Gwida ta’ l-Awtorità dwar ir-R&D. Il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-proġetti kollha li jirċievu għajnuna mill-KRN hija bbażata fuq il-linji ta’ gwida DOKSY.
Wara l-1999, minbarra d-DOKSY 5-6-1-4-IE, il-proġetti kollha ġew ivvalutati bl-użu tas-sistema bbażata fuq il-kompjuter “Provis”. Provis hija deskritta fid-Doksy nru 5-6-1-2-EE “Prosjektvurdering i Provis”. Fil-Provis, kull proġett huwa vvalutat skond ħdax-il aspett differenti. L-aktar aspetti importanti fil-Provis relatati mal-klassifikazzjoni tal-kategoriji ta’ riċerka huma l-aspett nru 3 “Il-Kontenut tar-Riċerka” u l-aspett nru 9 “L-Addizzjonalità”. Għal kull wieħed minn dawn l-aspetti, hemm diversi kriterji jew karatteristiċi li huma applikati sabiex ikun karatterizzat sa liema livell il-proġett ikun konformi ma’ l-aspetti.
Fid-deskrizzjoni tal-Gwida għall-valutazzjoni ta’ l-aspett nru 3 fid-Doksy nru 5-6-1-2-IE, huwa enfasizzat li “Il-kontenut tar-riċerka jindika sa liema grad il-proġett jipproduċi għarfien ġdid”. Dan il-kriterju huwa direttament marbut mad-deskrizzjoni ta’ Riċerka Industrijali fil-linji ta’ gwida ta’ R&D fejn ir-rekwiżit huwa li l-attività tkun “immirata għall-ksib ta’ għarfien ġdid”.
Fil-Gwida għall-valutazzjoni ta’ l-aspett nru 9 fid-Doksy nru 5-6-1-2-EE, id-deskrizzjoni hija: “L-addizzjonalità tindika sa liema grad l-appoġġ mill-Kunsill ta’ Riċerka se jġib sforzi, azzjonijiet, riżultati u effetti li ma kinux jinkisbu kieku ma ngħatax l-appoġġ.” Dan il-kriterju huwa marbut mal-linji ta’ gwida ta’ R&D, il-punt 14.7, L-Effett ta’ inċentiv ta’ għajnuna ta’ R&D.
Fuq din il-bażi, il-KRN qal li peress li l-valutazzjoni tal-proġetti kienet imwettqa b’mod dettaljat skond il-proċeduri u l-linji ta’ gwida tal-KRN għall-valutazzjoni tal-proġetti, m’għandux ikun hemm dubji dwar il-fatt li kienu kklassifikati korrettament. Il-KRN, wara li ħareġ l-ilment u l-Awtorità bdiet l-investigazzjoni preliminari tagħha, reġa’ ħares lejn dawn il-proġetti u minkejja kollox żamm il-pożizzjoni oriġinali tiegħu.
“Fil-laqgħa fi Brussell tat-22 ta’ Mejju 2003, kienet diskussa l-klassifikazzjoni ta’ ċerti attivitajiet fi tnejn mill-proġetti, in-nru 40049 u n-nru 144214. Fl-ittra ta’ l-20 ta’ Ġunju 2003, li kienet rispons għal din il-laqgħa, aħna tkellimna favur il-fatt li l-pożizzjoni prinċipali tal-KRN kienet li, bħala minimu, l-attivitajiet kollha fil-proġett nru 40049 jistgħu jiġu kklassifikati bħala riċerka industrijali, u l-attivitajiet kollha fil-proġett nru 144214 jistgħu għall-inqas jiġu kklassifikati bħala żvilupp prekompetittiv. Madankollu aħna wrejna lill-Awtorità li l-ammont totali ta’ għajnuna mogħtija lill-proġetti kienet fi ħdan il-limitu permessibbli ta’ koeffiċjent medju kif definit fil-linji ta’ gwida ta’ R&D fil-kapitolu 14.5.2 (5). Dan huwa l-każ anki meta l-attivitajiet diskussi m’humiex appoġġjati fil-każ tal-Proġett nru 144214. Jistgħu jsiru konsiderazzjonijiet u kalkoli simili għall-proġetti 138811 u 144265. F’dan il-kuntest nistgħu nagħmlu referenza wkoll għall-fatt li t-tliet proġetti 138811, 144214 u 144265 kollha kienu jinvolvu kooperazzjoni effettiva bejn id-ditti u entitajiet pubbliċi ta’ riċerka (f’dan il-każ il-Marintek). Skond il-punt 14.5.3 (5) (b) tal-Linji ta’ Gwida R&D dawn l-attivitajiet, ikklassifikati bħala żvilupp prekompetittiv jistgħu jkunu eliġibbli għal intensità ta’ għajnuna ta’ 35%. L-Awtorità esprimiet ukoll id-dubji tagħha dwar l-iffinanzjar tal-proġetti u l-intensitajiet ta’ l-għajnuna. Fir-rigward tad-diskrepanza żgħira bejn il-figuri relatati mal-proġett 138811 AlgOpt fit-tabelli 1 u 2 fil-paġna 17 tad-Deċiżjoni 60/06/COL, din hija spjegata fit-taqsima 1.3.a) ta’ hawn fuq. Il-figuri korretti li jinkludu l-kontribuzzjoni mill-Assoċjazzjoni Norveġiża tas-Sidien tal-Vapuri huma pprovduti fit-tabella f’dik it-taqsima ta’ din l-ittra.”
Fil-każ tal-proġett 144265 Shiplog II, fir-rigward tar-rimarka ta’ l-Awtorità li l-ammont mogħti mill-KRN laħaq is-somma neċessarja għax-xiri ta’ R&D, il-KRN qal li dan ma jimplikax li l-mezzi privati investiti fix-Shiplog II ma kinux użati fuq attivitajiet ta’ R&D: “Fil-proġetti maħsuba għall-industrija, li l-kumpaniji privati jistgħu japplikaw għalihom, aħna normalment ninkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji privati u l-istituzzjonijiet pubbliċi ta’ R&D. Sabiex nippromwovu tali kooperazzjoni f’xi sejħiet għall-proposti aħna nistgħu niddikjaraw li l-applikazzjoni se tkun ivvalutata b’mod favorevoli jekk ix-xiri estern ta’ R&D minn istituzzjonijiet ta’ riċerka (istituti jew universitajiet) ikun mill-inqas ta’ l-istess livell daqs l-appoġġ mogħti mill-KRN. L-għan ta’ dan l-approċċ huwa li jkunu pprovduti l-inċentivi għal żieda fl-investimenti mis-settur privat għax-xiri ta’ R&D minn istituzzjonijiet ta’ riċerka. Din hija r-raġuni għala l-fondi mogħtija mill-KRN jikkorrispondu eżattament għall-ammont meħtieġ għax-xiri ta’ servizzi ta’ R&D f’diversi proġetti.”
Fid-Deċiżjoni tagħha Nru 60/06/COL, l-Awtorità ddikjarat li hemm dubji dwar jekk dan l-approċċ tal-KRN wassalx lill-benefiċjarji biex jinkludu l-ispejjeż operattivi normali tagħhom fl-ispejjeż ta’ R&D. Għaldaqstant hija kellha dubji dwar jekk il-figuri għall-ispejjeż totali tal-proġett kinux mgħollija artifiċjalment sabiex jagħtu dehra ta’ kisba ta’ iktar finanzjament pubbliku. Fl-opinjoni tal-KRN, wieħed ma jistax jifhem kif l-approċċ tal-KRN bi struttura inkluża ta’ inċentiv għall-promozzjoni tax-xiri ta’ R&D tista’ twassal għal tali riżultati.
Fl-ittra tiegħu lill-Awtorità bid-data tal-31 ta’ Jannar 2005, il-KRN spjega l-proċedura standard għad-dokumentazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-proġett validi fiż-żmien ta’ dawn il-proġetti: “Għall-proġetti involuti, l-imsieħeb kuntrattwali kien mitlub li jissottometti rapport dwar it-talba għall-ispejjeż (regnskapsrapport) tliet darbiet fis-sena fejn jagħti dettalji dwar in-nefqa tal-proġett, inkluż verifika tal-persuni involuti (bl-isem), in-numru ta’ sigħat ta’ ħidma mwettqa minn kull persuna, u n-nefqa fis-siegħa meħuda mill-kont tal-proġett. Ir-rapport jiġi ffirmat mill-persuna responsabbli mill-proġett. Fi tmiem is-sena, il-kontijiet tas-sena jiġu wkoll verifikati u ffirmati minn akkawntant ċertifikat. L-akkawntant ma jkollux x’jaqsam ma’ l-imsieħeb kuntrattwali. Il-ħlas tal-KRN kien jiddependi mill-approvazzjoni tal-kontijiet sottomessi.”
Il-KRN informa lill-Awtorità li kien f’kuntatt mal-United European Car Carriers (UECC) u mal-Jebsens (is-suċċessuri tal-Beltship Management) u talab dokumentazzjoni ulterjuri dwar l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proġetti. L-ittra mill-Jebsens bid-data tas-17 ta’ Marzu 2006 u l-ittra mill-UECC bid-data tad-29 ta’ Marzu 2006 ntbagħtu lill-Awtorità. Ir-rapporti dwar it-talba għall-ispejjeż għall-proġett 144265 Shiplog II pprovduti fl-ittra mill-UECC jinkludu dikjarazzjonijiet iffirmati ta’ l-ispejjeż mill-imsieħba l-oħra parteċipanti. Il-kumpaniji ma kellhom l-ebda sistema ġenerali ta’ reġistrazzjoni għas-sigħat maħduma, u dan ifisser li s-sigħat użati fil-proġetti kienu dokumentati biss fir-rapporti tat-talba għall-ispejjeż mibgħuta lill-KRN tliet darbiet fis-sena. Ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni ulterjuri. Fl-opinjoni tal-KRN, dan ifisser li l-ispejjeż tal-proġetti jridu jiġu vvalutati permezz tar-rapporti disponibbli għat-talba ta’ l-ispejjeż.
Fl-aħħarnett il-KRN semma’ li dawn ir-rapporti tat-talba għall-ispejjeż kienu konformi mal-proċeduri ta’ rappurtaġġ tal-KRN, u li l-benefiċjarji kienu ssodisfaw l-obbligi kollha tagħhom skond il-kuntratti li jagħtu l-għotjiet. Fl-opinjoni tal-KRN, “kemm-il darba ma jkunx hemm evidenza ċara tal-kuntrarju, m’hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li sar xi użu ħażin mill-għajnuna.”
5.2. Il-kummenti dwar il-kummenti tal-partijiet terzi
Permezz ta’ ittra tal-Ministeru għall-Amministrazzjoni u r-Riforma tal-Gvern bid-data tat-8 ta’ Jannar 2007 (l-Avveniment Nru 405517) li wasslet ittra mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u r-Riċerka bid-data tal-5 ta’ Jannar 2007, l-Awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew osservazzjonijiet dwar il-kummenti tal-partijiet terzi.
Fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi, il-kummenti dwar il-proġett OPTIMAR ma jipprovdu l-ebda informazzjoni relatata ma’ l-erba’ proġetti li huma s-suġġett tad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità 60/06/COL: “Għalkemm mhux dikjarat b’mod espliċitu, jidher li l-parti terza hija ta’ l-opinjoni li ngħatat għajnuna illegali ta’ l-Istat biex ikun appoġġjat proġett bażiku ta’ riċerka msejjaħ Ottimizzazzjoni fit-Trasport Marittimu u l-Loġistika, OPTIMAR. Aħna ta’ l-opinjoni li dan m’huwiex il-każ. Bħala appoġġ għall-proġett OPTIMAR, l-Università Norveġiża tax-Xjenza u t-Teknoloġija (NTNU) fi Trondheim tirċievi fondi mill-KRN taħt il-proġett numru 1666S6. L-imsieħba industrijali li kienu parteċipanti fl-erba’ proġetti oriġinali ma jiħdux sehem f’dan il-proġett bażiku ta’ riċerka.”
Fir-rigward ta’ l-allegazzjoni tal-parti terza li t-Turborouter ma jintuża mill-ebda waħda mill-kumpaniji li rċevew il-fondi, il-KRN huwa ta’ l-opinjoni li anki jekk dan hu l-każ, m’huwiex argument favur xi użu illegali ta’ għajnuna mill-Istat fil-każ ta’ l-erba’ proġetti li huma s-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 60/06/COL. Waħda mill-karatteristiċi l-aktar tipiċi tar-riċerka u l-iżvilupp hija li hemm riskju involut. Xi kultant ir-riżultati tar-riċerka jkunu jistgħu jiġu applikati f’operazzjonijiet jew użati fi prodotti jew servizzi kummerċjali, u xi kultant le.
II. L-APPREZZAMENT
1. Il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat
1.1. L-għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE
Skond l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:
“Ħlief jekk ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati EFTA jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, kemm-il darba taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.”
Għaldaqstant, sabiex miżura titqies bħala għajnuna mill-Istat, hija għandha tikkostitwixxi vantaġġ selettiv favur ċerti intrapriżi, tingħata permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE.
L-Awtorità diġà waslet għall-konklużjoni li l-għotjiet mogħtija mill-KRN lill-proġetti taħt reviżjoni relatati ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fil-valutazzjoni tagħha fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL. F’dan ir-rigward, hemm referenza għall-punt II.2 ta’ din id-deċiżjoni. Din il-valutazzjoni ma ġietx argumentata mill-parti terza jew mill-awtoritajiet Norveġiżi. Għaldaqstant l-Awtorità żżomm il-fehma tagħha li l-għotjiet jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.
1.2. Il-qafas legali applikabbli
Fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL biex tibda proċeduri ta’ investigazzjoni formali dwar għajnuna ta’ R&D mogħtija mill-KRN f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter, l-Awtorità spjegat fid-dettall x’ikun il-qafas legali applikabbli għall-valutazzjoni ta’ l-erba’ proġetti kkonċernati minn din l-investigazzjoni. Sabiex wieħed jifhem il-valutazzjoni minn hawn ’il quddiem, l-Awtorità tiddeskrivi fil-qasir is-sitwazzjoni legali (18) hawn taħt.
L-erba’ proġetti vvalutati f’din id-Deċiżjoni ngħataw għajnuna ta’ R&D fil-qafas tal-Programm Industrijali ta’ R&D (brukerstyrte forskningsprogrammer, il-każ nru 93-183). Il-Programm Industrijali ta’ R&D kien diġà fis-seħħ qabel l-1994. Permezz tad-Deċiżjoni Nru 217/94/COL ta’ Diċembru 1994, l-Awtorità vvalutat il-Programm Industrijali ta’ R&D u pproponiet miżuri xierqa biex titlob li l-għoti ta’ l-għajnuna jkun skond il-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 14 tal-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna ta’ l-Istat.
L-aċċettazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi tal-miżuri xierqa proposti kienet timplika li, minn hemm ’il quddiem, kwalunkwe għotja ta’ għajnuna taħt il-Programm Industrijali ta’ R&D kellha ssir b’mod konformi mar-regoli ta’ R&D applikabbli fiż-żmien li fih l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni Nru 217/94/COL, jiġifieri l-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994 (19).
1.3. Il-valutazzjoni tal-proġetti fuq il-bażi ta’ l-iskema ta’ għajnuna tal-Programmi Industrijali ta’ R&D
Bil-ftuħ ta’ investigazzjoni formali bid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL, l-Awtorità kkunsidrat li l-erba’ proġetti ngħataw għajnuna ta’ R&D fil-qafas tal-Programm Industrijali ta’ R&D. Dan il-programm kien diġà fis-seħħ qabel l-1994. Wara l-adozzjoni tal-linji ta’ gwida ġodda ta’ R&D fl-1994, minn hemm ’il quddiem kwalunkwe għotja ta’ għajnuna taħt l-iskema ta’ R&D kellha ssir skond ir-regoli l-ġodda. B’konsegwenza ta’ dan, l-Awtorità kkunsidrat li, skond id-definizzjoni, kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta’ Programmi Industrijali ta’ R&D li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994, tmur lilhinn mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema. Għalhekk, il-miżura tikkostiwixxi għajnuna individwali ġdida u, bħala tali, għandha tkun notifikata lill-Awtorità b’mod individwali.
F’dan li ġej l-Awtorità se tevalwa jekk l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ Programmi Industrijali ta’ R&D għall-erba’ proġetti konkreti identifikati bħala relatati għall-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter saritx skond l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994.
1.3.1. Il-proġett 40049 – L-attivitajiet strateġiċi fi ħdan it-trasport marittimu u l-loġistika (L-ewwel verżjoni tal-programm tas-softwer Turborouter)
Wieħed mis-sottoproġetti koperti mill-Proġett 40049 “L-attivitajiet strateġiċi fi ħdan it-trasport marittimu u l-loġistika bħala riċerka industrijali” wassal għall-iżvilupp ta’ l-ewwel verżjoni tal-programm tas-softwer Turborouter. Il-KRN ikklassifika l-proġett sħiħ 40049 “L-attivitajiet strateġiċi fi ħdan it-trasport marittimu u l-loġistika” bħala riċerka industrijali waħda.
Ir-riċerka industrijali bażika fil-Punt 14.1.(2) tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994 kienet definita bħala “ħidma oriġinali teoretika jew sperimentali li l-għan tagħha huwa li jinkiseb għarfien ġdid jew aħjar tal-liġijiet tax-xjenza u l-inġinerija skond kif dawn jistgħu japplikaw għas-settur industrijali jew għall-attivitajiet ta’ intrapriża partikolari.”
Għalkemm it-Turborouter sar għodda ta’ softwer kummerċjali, l-Awtorità tqis li l-fondi li l-KRN alloka għas-sottoproġett “Metodi u għodod analitiċi għat-tfassil u l-operazzjoni ta’ katini integrati ta’ trasport u loġistika” tal-Proġett 40049 li wassal għall-iżvilupp ta’ l-ewwel programm ta’ softwer Turborouter kienu jikkonċernaw fażi ta’ R&D li kkwalifikat bħala riċerka industrijali fi ħdan it-tifsira tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994. Kif innutat l-Awtorità fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL, minn meta ġie żviluppat l-ewwel softwer fl-ewwel fażi tas-sottoproġett fil-bidu ta’ l-1996, is-softwer ġie mtejjeb ulterjorment u anki mpoġġi fis-suq. Madankollu, jidher li l-għoti ta’ l-għajnuna lill-proġett 40049 li, fost l-oħrajn, irriżulta fl-iżvilupp ta’ l-ewwel softwer Turborouter, ma jistax, b’dan il-fatt, jitqies fir-rigward tal-viċinanza tas-suq bħala lilhinn mill-istadju ta’ riċerka industrijali kif kienet ikklassifikata mill-KRN. L-Awtorità m’għandha l-ebda raġuni biex tiddubita mill-valutazzjoni tal-KRN li s-sottoproġett “Metodi u għodod analitiċi għat-tfassil u l-operazzjoni ta’ katini integrati ta’ trasport u loġistika” kiseb għarfien ġdid jew aħjar tal-liġijiet tax-xjenza u l-inġinerija applikabbli għas-settur industrijali, li jikkostitwixxi riċerka industrijali fi ħdan it-tifsira tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994.
Bħala riċerka industrijali, il-Proġett 40049 ingħata għajnuna mill-KRN għal ammont li jikkorrispondi għal 43.8 % ta’ l-ispejjeż tal-proġett. Din l-intensità hija taħt l-intensità massima ta’ għajnuna permessa mil-Linji ta’ Gwida li skondhom “il-livell ta’ għajnuna għal riċerka industrijali bażika m’għandux ikun ta’ iktar minn 50 % ta’ l-ispejjeż totali tal-proġett jew tal-programm.”
Għall-fini tal-kalkolazzjoni ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna mill-attivitajiet ta’ R&D, it-Taqsima 14.5.1 tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994 ipprevediet l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin:
“— |
spejjeż tal-persunal (riċerkaturi, tekniċi, staff ieħor ta’ sostenn) kalkolati bħala somma ta’ l-ammont totali meħtieġ biex jitwettaq il-proġett; |
— |
spejjeż kurrenti oħra kalkolati bl-istess mod (spejjeż tal-materjali, provvisti, eċċ.); |
— |
strumenti u apparat, art u bini; |
— |
servizzi ta’ konsulenza u servizzi ekwivalenti inkluż xiri ta' xogħol ta' riċerka (bought-in research), għarfien tekniku, brevetti, eċċ; |
— |
spejjeż ġenerali addizzjonali mġarrba direttament b’riżultat tal-proġett jew tal-programm ta’ R&D li jkun qed jiġi promoss.” |
Skond l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, l-ispejjeż tal-proġett ikkunsidrati fid-determinazzjoni ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna kienu koperti mid-definizzjoni ta’ l-ispejjeż eliġibbli pprovduti fil-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994. It-Taqsima 3 tal-“Retningslinjer for Norges Forskningsråds behandling av brukerstyrte og næringsrettede prosjekter” tirreferi għall-ispejjeż li jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-KRN meta jkun ivvalutat l-għoti ta’ għajnuna ta’ R&D għal proġett. Dawn kienu jkopru l-ispejjeż tal-ħaddiema (pagi u spejjeż soċjali għall-ħaddiema ta’ R&D, jiġifieri riċerkaturi, tekniċi u assistenti relatati mal-proġett u meħtieġa biex iwettquh), ix-xiri tas-servizzi ta’ R&D (servizzi ta’ konsulenza u servizzi ekwivalenti), spejjeż operattivi (inkluż spejjeż ta’ materjali u spejjeż operattivi oħra relatati b’mod dirett mal-proġett u meħtieġa biex dan jitwettaq) u apparat u strumenti jekk dawn ikunu użati biss għall-R&D. Għaldaqstant, l-Awtorità tqis li d-deskrizzjoni ta’ l-ispejjeż eliġibbli hija konformi mad-definizzjoni pprovduta fil-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994.
Il-proġett twettaq esklużivament mill-istitut ta’ riċerka Marintek mingħajr parteċipazzjoni ulterjuri ta’ jew kollaborazzjoni ma’ xi intrapriżi privati f’dan l-istadju ta’ R&D.
Kif diġà msemmi fid-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, taħt il-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994, u konsegwentement taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-iskema ta’ għajnuna tal-Programmi Industrijali ta’ R&D, ma kien hemm l-ebda obbligu bil-miktub biex wieħed ixerred ir-riżultati tar-riċerka. Għaldaqstant, anki jekk l-allegazzjoni miġjuba minn min għamel l-ilment li r-riżultat tar-riċerka ma kienx imxerred u li l-istitut ta’ riċerka Marintek kien irċieva d-drittijiet ta’ proprjetà biex ibiegħ il-programm kienu korretti, ma jkunx hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D applikabbli fiż-żmien ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna.
Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tqis li l-għoti ta’ l-għajnuna lill-Proġett 40049 jidħol fi ħdan l-iskema tal-Programm Industrijali ta’ R&D kif emendata fuq il-bażi tal-Kapitolu 14 tal-Linji ta’ Gwida ta’ l-Awtorità ta’ l-1994. L-għajnuna hija għalhekk mogħtija b’mod konformi ma’ l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE.
1.3.2. Il-proġetti relatati ma’ l-użu ulterjuri tal-programm ta’ softwer Turborouter
1.3.2.1. Retningslinjer for Norges Forskningsråds behandling av brukerstyrte og næringsrettede prosjekter
Fis-sena 2000, il-KRN awtorizza l-għoti ta’ għajnuna ta’ R&D lil tliet proġetti ta’ R&D li kienu jikkonċernaw l-użu u l-iżvilupp ulterjuri tal-programm ta’ softwer Turborouter: il-Proġett 138811 “AlgOpt”, il-Proġett 144265 “Shiplog II” u l-Proġett 144214 “Il-librerija ta’ rutini ta’ ottimizzazzjoni għall-iskedar tal-ġarr bil-baħar”.
Fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Awtorità esprimiet dubji fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-proġetti ta’ R&D bħala riċerka prekompetittiva u fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ partijiet differenti ta’ kull proġett fi ħdan kull kategorija ta’ riċerka. Barra minn hekk, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk l-intensitajiet ta’ l-għajnuna kinux imħarsa u jekk il-finanzjar tal-proġetti sarx b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994 u konsegwentement ma’ l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE. L-Awtorità kellha dubji wkoll dwar jekk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-parteċipanti privati, li ħafna minnhom ġew imħallsa f’oġġetti, kinux verament jikkorrispondu għas-sigħat maħduma relatati ma’ l-iżvilupp tal-proġett ta’ R&D jew jekk, għall-kuntrarju, kinux ikopru spejjeż operattivi ta’ l-intrapriżi kkonċernati.
1.3.2.2. Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D
Il-KRN ikklassifika t-tliet proġetti bħala attività ta’ żvilupp prekompetittiv. Il-punt 14.1.(2) tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994 jagħmel distinzjoni bejn tliet kategoriji ta’ riċerka: fundamentali, riċerka u żvilupp bażiċi industrijali u dawk applikati. Ir-riċerka u l-iżvilupp applikati jikkorrispondu għall-kunċett ta’ riċerka prekompetittiva użata mill-adozzjoni tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1996 ’l quddiem. Skond din id-dispożizzjoni, ir-riċerka applikata “tkopri ħidma ta’ investigazzjoni jew ta’ sperimentazzjoni bbażata fuq ir-riżultati tar-riċerka bażika industrijali sabiex tikseb għarfien ġdid biex tiffaċilita l-kisba ta’ għanijiet prattiċi speċifiċi bħalma huma l-ħolqien ta’ prodotti, proċessi ta’ produzzjoni jew servizzi ġodda. Jista’ jingħad li din tispiċċa bil-ħolqien ta’ l-ewwel prototip.” L-iżvilupp jitqies li jkopri “ħidma bbażata fuq riċerka applikata li jkollha l-għan li tistabbilixxi prodotti, proċessi ta’ produzzjoni jew servizzi ġodda jew imtejba b’mod sostanzjali sa l-applikazzjoni industrijali u l-isfruttament kummerċjali iżda li ma tinkludix lil dawn it-tnejn.”
It-Taqsima 14.4 tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994 tistabbilixxi l-intensitajiet ta’ għajnuna permessi. “L-intensità ta’ għajnuna li tista’ tiġi aċċettata tiġi vvalutata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA każ b’każ. Il-valutazzjoni ssir billi tkun ikkunsidrata n-natura tal-proġett jew tal-programm, ir-riskju tekniku u finanzjarju involut, il-politika ġenerali relatata mal-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea, kif ukoll ir-riskju ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Valutazzjoni ġenerali ta’ dawn ir-riskji twassal lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA biex tqis li riċerka industrijali bażika tista’ tikkwalifika għal livelli ogħla ta’ għajnuna minn dawk għal attivitajiet ta’ riċerka jew żvilupp applikati li huma relatati aktar mill-qrib ma’ l-introduzzjoni fis-suq tar-riżultati ta’ R&D u, għalhekk, jekk megħjuna, ikunu jistgħu jwasslu aktar faċilment għal tfixkil tal-kompetizzjoni u l-kummerċ”. B’konsiderazzjoni ta’ dawn il-fatturi, il-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1994 jiddikjaraw li l-livell ta’ għajnuna għal riċerka industrijali bażika m’għandux ikun ta’ aktar minn 50 % ta’ l-ispejjeż totali tal-proġett u jqisu li, peress li l-attività li tkun qed tiġi megħjuna toqrob aktar lejn is-suq, il-livell ta’ għajnuna għandu jkun iktar baxx. Kien biss fil-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-1996 li l-intensità ta’ għajnuna totali permessa għal attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv ġiet iffissata għal 25 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
1.3.2.3. Il-valutazzjoni ta’ jekk l-għajnuna kinitx mogħtija b’mod konformi mal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D u ta’ jekk l-għajnuna kinitx użata ħażin
a) Il-klassifikazzjoni bħala attività ta’ żvilupp prekompetittiv
Kif imsemmi hawn fuq u spjegat fid-dettall fid-Deċiżjoni Nru 60/06/COL, l-Awtorità esprimiet dubji dwar il-klassifikazzjoni tal-Proġett 138811 “AlgOpt”, il-Proġett 144265 “Shiplog II” u l-Proġett 144214 “Il-librerija ta’ rutini ta’ ottimizzazzjoni għall-iskedar tal-ġarr bil-baħar” bħala attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv.
Fid-Deċiżjoni tagħha Nru 60/06/COL, l-Awtorità esprimiet dubji dwar id-differenza bejn il-fażi prekompetittiva ta’ prodott u l-prodott kummerċjali finali fir-rigward ta’ dawn it-tipi ta’ proġetti ta’ IT. L-awtoritajiet Norveġiżi ma ċċarawx x’għandha tkun din id-differenza. Madankollu, huma enfasizzaw li l-klassifikazzjoni tal-proġetti kienet ibbażata fuq valutazzjoni u evalwazzjoni dettaljata tal-proġetti skond il-proċeduri u l-linji ta’ gwida tal-KRN għall-valutazzjoni ta’ proġett. Skond l-informazzjoni pprovduta, dawn il-linji ta’ gwida jinkludu d-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-Awtorità.
Il-KRN spjega li teżisti sistema interna ta’ assigurazzjoni tal-kwalità ta’ l-attivitajiet tal-KRN li tissejjaħ DOKSY. DOKSY tinkludi dokumentazzjoni vasta tal-linji ta’ gwida, il-proċeduri u l-prattiċi li huma segwiti fil-KRN. Wieħed minn dawn id-dokumenti huwa l-linji ta’ gwida għad-determinazzjoni ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna applikata għal proġetti magħżula. Dan id-dokument intern, DOKSY-5-6-1-4-IE, bit-titolu “Støtteandel etter EØS-bestemmelser” (l-intensitajiet ta’ l-għajnuna skond ir-regoli ŻEE) jikkorrispondi għal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-Awtorità. Id-dokument japplika definizzjonijiet u intensitajiet ta’ għajnuna korrispondenti b’mod konformi mad-definizzjoni ta’ l-istadji differenti ta’ R&D fil-Linji ta’ Gwida ta’ R&D ta’ l-Awtorità. Il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-proġetti kollha li jirċievu għajnuna mill-KRN hija bbażata fuq il-linji ta’ gwida DOKSY.
Wara l-1999, minbarra d-DOKSY 5-6-1-4-IE, il-proġetti kollha ġew ivvalutati bl-użu tas-sistema bbażata fuq il-kompjuter “Provis”, li hija deskritta fid-Doksy nru 5-6-1-2-EE “Prosjektvurdering i Provis”. Skond id-dispożizzjonijiet tal-Provis, kull proġett huwa vvalutat skond ħdax-il aspett differenti (20). Għal kull wieħed minn dawn l-aspetti, il-Provis jipprevedi l-applikazzjoni ta’ diversi kriterji jew karatteristiċi sabiex ikun karatterizzat sa liema livell il-proġett ikun konformi ma’ l-aspetti. Wieħed mill-aspetti l-aktar importanti relatati mal-klassifikazzjoni tal-kategoriji ta’ riċerka huwa l-kontenut tar-riċerka.
Fid-deskrizzjoni tal-Gwida għall-valutazzjoni tal-kontenut ta’ riċerka ta’ proġett fid-Doksy nru 5-6-1-2-IE, huwa enfasizzat li “Il-kontenut tar-riċerka jindika sa liema grad il-proġett jipproduċi għarfien ġdid”. Skond l-informazzjoni pprovduta mill-KRN, dan il-kriterju huwa direttament marbut mad-deskrizzjoni tal-linji ta’ gwida ta’ R&D fejn ir-rekwiżit huwa li l-attività tkun “immirata għall-ksib ta’ għarfien ġdid”.
Il-KRN informa lill-Awtorità li l-valutazzjoni tal-proġetti twettqet fid-dettall skond il-proċeduri u l-linji ta’ gwida għall-valutazzjoni ta’ proġett, u b’mod aktar speċifiku, fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dokumenti interni Doksy u Previs, b’mod konformi mal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D.
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġjuba qabel u matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi li kien hemm ġestjoni ħażina jew nuqqas ta’ valutazzjoni tal-proġetti. Fin-nuqqas ta’ tali evidenza konklużiva, u fid-dawl tar-rutini deskritti hawn fuq u tal-kapaċità ta’ l-istaff professjonali li jaħdem għall-KRN, l-Awtorità m’għandha l-ebda bażi biex tikkonkludi li dawn għamlu valutazzjoni mhux korretta tal-proġetti bħala riċerka prekompetittiva.
b) Il-parteċipazzjoni ta’ l-intrapriżi benefiċjarji u l-intensitajiet ta’ l-għajnuna
L-awtoritajiet Norveġiżi ċċaraw il-figuri li jirrigwardjaw il-finanzjar tal-proġetti kif imsemmija hawn fuq fit-Taqsima 4.1.2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Fid-Deċiżjoni tagħha Nru 60/06/COL li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Awtorità qajmet dubji dwar il-parteċipazzjoni tal-kumpaniji involuti fil-proġett ta’ riċerka. Fl-opinjoni tagħha, ikun razzjonali li wieħed jassumi li ħafna mix-xogħol ikun sar mill-istaff ta’ l-istitut ta’ riċerka Marintek stess u dan ikun jimplika, fil-prinċipju, li l-parteċipazzjoni ta’ l-istaff tal-kumpaniji parteċipanti tal-ġarr bil-baħar bħala l-utenti finali tas-softwer, aktarx tkun ġiet relatata għad-definizzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-utenti u/jew, sa ċertu punt, ta’ l-ittestjar. Għaldaqstant, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk il-figuri għall-ispejjeż totali tal-proġett kinux ġew miżjuda b’mod artifiċjali biex apparentement jiksbu iktar finanzjament.
L-awtoritajiet Norveġiżi fornew lill-Awtorità b’kopji tar-rapporti ta’ talbiet għall-ispejjeż li l-intrapriżi parteċipanti kellhom jissottomettu lill-KRN tliet darbiet fis-sena u li fihom jagħtu dettalji dwar l-ispejjeż tal-proġett, inkluż verifika tal-persuni involuti, in-numru ta’ sigħat maħduma minn kull persuna u l-ispiża fis-siegħa meħuda mill-kont tal-proġett. Skond l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Norveġiżi, dawn ir-rapporti huma ffirmati mill-persuna responsabbli mill-proġett u vverifikati u ffirmati minn akkawntant ċertifikat fl-aħħar tas-sena. L-Awtorità m’għandha l-ebda raġuni biex tiddubita mill-onestà ta’ dawn ir-rapporti li fuq il-bażi tagħhom l-intrapriżi benefiċjarji ngħataw l-ammonti ta’ għajnuna ta’ R&D.
Għalkemm b’mod ġenerali jista’ jingħad li jkun xieraq li jkunu introdotti ċerti kontrolli matul l-iżvilupp tal-proġetti ta’ riċerka biex tkun ivverifikata l-preċiżjoni ta’ dawn ir-rapporti ta’ l-ispejjeż, l-Awtorità tqis li l-KRN applika b’mod tajjeb id-dispożizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida ta’ l-1994 li ma jirrikjedux it-twettiq ta’ verifiki ulterjuri.
1.4. Il-konklużjoni
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni preċedenti, l-Awtorità tqis li l-għoti ta’ għajnuna lill-proġetti ta’ R&D msemmija hawn fuq saret b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-iskema eżistenti ta’ għajnuna tal-Programmi Industrijali ta’ R&D, li kienet konformi mal-Linji ta’ Gwida ta’ R&D applikabbli. Matul din il-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Awtorità ma setgħetx tistabbilixxi li l-benefiċjarji ta’ l-għajnuna ta’ R&D għall-Proġett 40049 “Attivitajiet strateġiċi fi ħdan it-trasport marittimu u l-loġistika”, il-Proġett 138811 “AlgOpt”, il-Proġett 144265 “Shiplog II” u l-Proġett 144214 “Il-librerija ta’ rutini ta’ ottimizzazzjoni għall-iskedar tal-ġarr bil-baħar” użaw l-għajnuna bi ksur ta’ l-iskema jew ta’ l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.
Peress li l-proġetti rċevew għajnuna mill-Istat fi ħdan il-qafas ta’ l-iskema ta’ Programmi Industrijali ta’ R&D u mhux għajnuna individwali, m’hemm l-ebda ħtieġa li wieħed jivvaluta jekk l-għajnuna kinitx tkun kompatibbli kieku ngħatat barra mill-iskema,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skond l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u tal-Qorti fir-rigward ta’ l-għajnuna ta’ R&D mogħtija mill-Kunsill ta’ Riċerka tan-Norveġja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp tal-programm ta’ softwer Turborouter peress li din ingħatat b’mod konformi ma’ l-iskema eżistenti ta’ għajnuna tal-Programmi Industrijali ta’ R&D skond l-Artikolu 61 (3)(c) tal-Ftehim ŻEE u l-Linji ta’ Gwida ta’ l-Għajnuna mill-Istat dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.
Artikolu 3
Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ April 2007.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA
Bjørn T. GRYDELAND
President
Kurt JÄGER
Membru tal-Kulleġġ
(1) Minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.
(2) Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ŻEE”.
(3) Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(4) Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll 3”.
(5) Ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna ta’ l-Istat, il-Linji ta’ Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottat u maħruġ mill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikat fil-ĠU 1994 L 231, is-Supplimenti ŻEE 3.9.1994 Nru. 32. Minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Linji ta’ Gwida”.
(6) Ippubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1.
(7) ĠU C 258, 26.10.2006, p. 42.
(8) Għal informazzjoni iktar dettaljata dwar id-diversi korrispondenzi bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi, qed issir referenza għad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni, id-Deċiżjoni Nru 60/06/COL, ippubblikata fil-ĠU C 258, 26.10.2006, p. 42 u s-Suppliment ŻEE Nru 53, 26.10.2006, p. 15.
(9) Ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna.
(10) Ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna.
(11) L-informazzjoni li ġejja nkisbet mill-ktejjeb “TurboRouter Vessel schedule optimizing software”, disponibbli fuq il-websajt tal-Marintek: http://www.marintek.no
(12) Informazzjoni miksuba mill-websajt tal-Marintek:
http://www.marintek.no.
(13) Informazzjoni miksuba mill-websajt tal-Marintek:
http://www.marintek.no
(14) Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA Nru 217/94/COL ta’ l-1.12.1994. L-iskemi koperti minn din id-deċiżjoni kienu: il-Kuntratti Industrijali ta’ R&D (il-każ 93-147) u l-Kuntratti Pubbliċi ta’ R&D (il-każ 93-182) mogħtija mill-SND u l-Proġetti Industrijali ta’ R&D (il-każ 93-181) u l-Programmi Industrijali ta’ R&D (il-każ 93-183) mogħtija mill-KRN.
(15) Ara t-Taqsima II.1 tad-Deċiżjoni Nru 60/06/COL, paġna 11 ff.
(16) Ara http://www.iot.ntnu.no/optimar/
(17) B’mod partikolari, fl-ittra tagħhom bid-data tal-31 ta’ Jannar 2005, paġna 4.
(18) Għal iktar dettalji, hemm referenza għad-Deċiżjoni Nru 60/06/COL, it-Taqsima II.1, paġna 11.
(19) F’Jannar 1994, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni Nru 4/94/COL dwar l-adozzjoni u l-ħruġ tar-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat (Il-Linji ta’ Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3). Il-Kapitolu 14 tagħha jittratta l-Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, li prinċipalment kien jikkorrispondi għall-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp. Din id-Deċiżjoni kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali L 231, 3.9.1994, paġni 1 sa 84 u s-Suppliment ŻEE Nru 32, 3.9.1994, paġna 1.
(20) Il-Linji ta’ Gwida għall-valutazzjoni ta’ proġett fil-Provis jikkunsidraw diversi aspetti: (i) il-kwalità ġenerali tal-proġett, (ii) valutazzjoni tal-proġett ibbażata fuq kriterji sinifikanti bħalma huma l-livell ta’ innovazzjoni, il-livell ta’ riċerka u l-kontenut, l-orjentazzjoni internazzjonali, il-valur tan-negozju, l-effett soċjo-ekonomiku, ir-riskju, (iii) l-effett ta’ l-appoġġ, (iv) ir-rilevanza għall-programm u għall-qasam ta’ kompetenza kif ukoll (v) l-eliġibilità.
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/35 |
DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA EFTA
Nru 155/07/COL
tat-3 ta’ Mejju 2007
dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija b’konnessjoni ma’ l-Artikolu 3 ta’ l-Att Norveġiż dwar il-kumpens għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) (in-Norveġja)
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA (1),
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (3), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(2) fil-Parti I u l-Artikoli 4(4), 6, 7(5), 10 u 14 fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji ta’ Gwida ta’ l-Awtorità (4) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE,
WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ l-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet implimentattivi li jissemmew fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,
WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni Nru 225/06/COL tad-19 ta’ Lulju 2006 biex jingħata bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward l-Artikolu 3 ta’ l-Att Norveġiż dwar il-kumpens għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) (5),
WARA LI SEJĦET lin-Norveġja u lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar din id-Deċiżjoni u wara li kkunsidrat il-kummenti ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi,
Billi:
I. IL-FATTI
1. Il-proċedura
B’ittra li ġġib id-data tas-16 ta’ Ottubru 2003, l-Awtorità rċeviet ilment fejn ġie allegat li tip partikolari ta’ skejjel, li jipprovdu servizzi speċjalizzati lis-settur barrani f’kompetizzjoni ma’ l-entità li qed tagħmel l-ilment, irċieva għajnuna mill-Istat permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ kumpens għat-taxxa ta’ l-input ipprovduta fl-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) (6). L-iskejjel muniċipali li jipprovdu ċerti servizzi edukattivi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT li jikkompetu ma’ intrapriżi oħra jirċievu kumpens għall-VAT fuq l-input fuq oġġetti u servizzi mixtrija b’rabta mas-servizzi li jipprovdu fuq bażi kummerċjali, li l-kompetituri privati m’għandhomx jedd għalih. L-ittra waslet u kienet irreġistrata mill-Awtorità fl-20 ta’ Ottubru 2003 (Dok. Nru. 03-7325 A).
Wara diversi skambji ta’ korrispondenza (7), b’ittra li ġġib id-data tad-19 ta’ Lulju 2006 (Avveniment Nru 363440), l-Awtorità informat lill-awtoritajiet Norveġiżi li ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista skond l-Artikolu 4 fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti rigward l-Artikolu 3 ta’ l-Att Norveġiż dwar il-kumpens għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) bid-Deċiżjoni Nru 225/06/COL.
L-awtoritajiet Norveġiżi ressqu kummenti dwar din id-Deċiżjoni permezz ta’ ittra li kienet iġġib id-data tat-18 ta’ Settembru 2006 (Avveniment Nru 388922).
Id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 225/06/COL kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE C 305 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 62 ta’ l-istess data. Wara l-pubblikazzjoni, ma wasal l-ebda kumment ieħor mingħand partijiet terzi.
2. Il-qafas legali dwar il-VAT u dwar il-Kumpens għall-VAT fin-Norveġja
L-Att dwar il-Kumpens għall-VAT daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004 bil-għan li jtaffi d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-Att dwar il-VAT.
Il-VAT hija taxxa fuq il-konsum li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ taxxa eżattament proporzjonata mal-prezz tal-provvisti ta’ oġġetti u ta’ sevizzi, indipendentement min-numru ta’ tranżazzjonijiet li jseħħu fil-proċess ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni qabel l-istadju meta t-taxxa eventwalment tintalab mingħand klijent aħħari.
Bħala regola ewlenija, persuna involuta f’negozju jew f’kummerċ obbligata li tirreġistra għall-VAT (minn hawn ’il quddiem “persuna taxxabbli”), għandha tikkalkula u tħallas it-taxxa fuq il-bejgħ ta’ l-oġġetti u tas-sevizzi koperti mill-Att dwar il-VAT (8) u tista’ tnaqqas it-taxxa ta’ l-input fuq l-oġġetti u s-servizzi għal użu f’intrapriża mit-taxxa ta’ l-output imposta fuq il-bejgħ (9). B’hekk, is-sistema tal-VAT tintaxxa l-provvisti kollha mill-persuni taxxabbli kollha b’mod indaqs. Din in-newtralità hija waħda mill-karatteristiċi ewlenin tas-sistema tal-VAT.
Madankollu, l-Artikoli 5, 5(a) and 5(b) fil-Kapitolu I ta’ l-Att dwar il-VAT jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Att dwar il-VAT: il-bejgħ minn ċerti istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet, eċċ. (10), il-provvista u l-kiri ta’ proprjetà ta’ beni immobbli jew id-drittijiet għal proprjetà ta’ beni immobbli, il-provvista ta’ ċerti sevizzi, fost l-oħrajn, il-provvista ta’ servizzi sanitarji u dawk relatati mas-saħħa, servizzi soċjali, servizzi edukattivi, servizzi finanzjarji, servizzi relatati ma’ l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika, servizzi fil-forma ta’ jedd li wieħed jattendi wirjiet teatrali, operistiċi, tal-ballet, taċ-ċinema u taċ-ċirklu, wirjiet f’galleriji u f’mużewijiet, servizzi ta’ lotterija, servizzi konnessi ma’ li sservi oġġetti ta’ l-ikel fil-kantins ta’ l-iskejjel u ta’ l-istudenti, eċċ. (11).
Minn dak li ntqal aktar ’il fuq jirriżulta li kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq il-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi li jkunu eżentati mill-Att dwar il-VAT tħallas taxxa ta’ l-input fuq ix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi imma ma tistax tnaqqas it-taxxa ta’ l-input mill-obbligi fiskali tagħha għaliex għal xiri ta’ din ix-xorta, il-persuna taxxabbli hija l-klijent aħħari.
Il-konsegwenza ta’ l-eżenzjoni hija li l-fornituri ta’ l-oġġetti u tas-servizzi eżentati jridu jħallsu t-taxxa ta’ l-input fuq is-servizzi u l-oġġetti li jixtru bħal kwalunkwe konsumatur finali (mingħajr ma jkollhom il-possibbiltà li jitolbu t-taxxa ta’ l-output mingħand il-konsumatur aħħari). Din il-konsegwenza loġika ta’ l-eżenzjonijiet tal-VAT madankollu ħolqot distorsjoni fuq livell ieħor. L-entitajiet pubbliċi, bħal kwalunkwe kumpanija integrata li tkun eżenti mit-taxxa, se jkollha inċentiv sabiex tikseb servizzi jew oġġetti “internament” (in-house) (12) minflok ma takkwista servizzi jew oġġetti fis-suq. Sabiex tinħoloq sistema bla ebda inċentiv partikolari sabiex ikunu prodotti oġġetti jew servizzi bir-riżorsi proprji meta paragunati ma’ akkwist estern, l-awtoritajiet Norveġiżi adottaw l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT.
L-Artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT jelenka b’mod eżawrjenti l-entitajiet koperti mill-Att:
(a) |
L-awtoritajiet lokali u reġjonali li jwettqu attivitajiet lokali jew reġjonali fejn il-kunsill lokali jew il-kunsill tal-kontea jew kunsill ieħor skond l-Att dwar il-Gvern Lokali (13) jew leġiżlazzjoni speċjali oħra dwar il-gvern lokali ikun il-korp suprem; |
(b) |
Il-kumpaniji intermuniċipali stabbiliti skond l-Att dwar il-Gvern Lokali jew leġiżlazzjoni speċjali oħra dwar il-gvern lokali; |
(ċ) |
L-intrapriżi privati jew mhux bi qligħ sakemm iwettqu servizzi sanitarji, edukattivi jew soċjali li jkunu obbligi statutorji ta’ l-awtoritajiet lokali jew reġjonali; |
(d) |
L-istituzzjonijiet għall-kura matul il-jum kif jissemma fl-Artikolu 6 ta’ l-Att dwar il-Kura Matul il-Jum (14); |
(e) |
Il-Kunsill Konġunt tal-Parroċċa (Kirkelig fellesråd). |
Skond l-Artikolu 3, flimkien ma’ l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, l-Istat Norveġiż jagħti kumpens għat-taxxa ta’ l-input imħallsa minn persuni taxxabbli koperti mill-Att dwar il-Kumpens għall-VAT meta jixtru oġġetti u servizzi mingħand persuni taxxabbli oħra meta ma jkollhomx id-dritt li jnaqqsu t-taxxa ta’ l-input peress li, skond l-Att dwar il-VAT, ikunu eżentati mit-taxxa (15).
3. Id-dubji li wriet l-Awtorità fid-Deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali
Fid-Deċiżjoni Nru 225/06/COL sabiex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward l-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, il-konsiderazzjoni preliminari ta’ l-Awtorità kienet li l-kumpens għat-taxxa ta’ l-input kif inhu provdut fl-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT kien għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.
L-Awtorità qieset li l-kumpens mogħti skond l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT ngħata mill-Istat permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat mill-Baġit ta’ l-Istat. Fil-fehma ta’ l-Awtorità, ma kienx rilevanti għal din il-valutazzjoni jekk in-nefqa ta’ l-Istat għall-kumpens fuq il-livell ċentrali kienx ibbilanċjat jew le minn trasferimenti mnaqqsa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala tali.
L-Awtorità qieset ukoll li, sakemm l-awtoritajiet Norveġiżi jagħtu kumpens għat-taxxa ta’ l-input fuq ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi lil intrapriżi li mhumiex suġġetti għall-VAT imma li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, dawn ikunu qed jagħtu vantaġġ ekonomiku lil dawk l-intrapriżi.
Fil-valutazzjoni tas-selettività, l-Awtorità qajmet dubji dwar jekk il-kumpens għall-VAT, li, fil-fehma tagħha, kien miżura materjalment selettiva, jistax ikun iġġustifikat min-natura u mil-loġika tas-sistema tal-VAT, jiġifieri jekk kienx jissodisfa l-għanijiet inerenti fis-sistema tal-VAT infisha, jew jekk kellux għanijiet oħra, esterni għas-sistema tal-VAT. Skond l-ispjegazzjonijiet li taw l-awtoritajiet Norveġiżi, l-għan segwit bl-introduzzjoni ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT kien li tkun iffaċilitata u inkoraġġita l-għażla mill-persuni taxxabbli koperti mill-Att dwar il-Kumpens għall-VAT bejn l-awto-provvista u l-outsourcing ta’ l-oġġetti u tas-servizzi suġġetti għall-VAT. L-Awtorità kellha dubji dwar jekk dan il-fini jistax jingħad li huwa fin-natura u fil-loġika tas-sistema tal-VAT infisha li hija taxxa fuq il-konsum. Fil-fehma preliminari ta’ l-Awtorità, il-kumpens għall-VAT ma kienx parti mis-sistema tal-VAT bħala tali, li ġiet stabbilita fl-1970, imma miżura separata li ġiet introdotta aktar tard sabiex jiġu rimedjati xi wħud mid-distorsjonijiet maħluqa mis-sistema tal-VAT.
L-Awtorità ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li filwaqt li jtaffi d-distorsjonijiet għall-akkwisti muniċipali, il-kumpens għall-VAT ħoloq distorsjonijiet fil-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi li jwettqu l-istess attivitajiet ekonomiċi f’setturi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT.
L-Awtorità fakkret li, fil-prinċipju, il-benefiċjarji skond l-iskema ta’ kumpens għall-VAT jistgħu jirċievu kumpens għall-VAT fuq l-input fil-kundizzjonijiet ta’ l-iskema, irrispettivament minn jekk l-għajnuna lill-operaturi f’dawn is-setturi jkollhiex effett fuq il-kummerċ. Uħud mis-setturi koperti mill-Att dwar il-Kumpens għall-VAT huma parzjalment jew għalkollox miftuħa għall-kompetizzjoni minn madwar iż-ŻEE kollha. B’hekk, l-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi f’dawn is-setturi tista’ taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità kellha tivvaluta l-iskema bħala tali u mhux l-applikazzjoni tagħha għal kull settur individwali kopert. Ibbażata fuq il-ġurisprudenza, il-konklużjoni preliminari ta’ l-Awtorità kienet li, bħala skema ġenerali mifruxa man-nazzjon kollu, l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT seta’ jaffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.
Fl-aħħarnett, l-Awtorità wriet dubji li l-kumpens għat-taxxa ta’ l-input jista’ jitqies kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE wara l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-eċċezzjonijiet previsti skond l-Artikolu 61(2) u (3) ta’ l-isemmi ftehim. Barra minn hekk, għalkemm l-għajnuna potenzjalment, f’uħud mis-sitwazzjonijiet, tista’ titqies bħala kompatibbli skond id-deroga prevista fl-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità kienet tal-fehma preliminari li din id-dispożizzjoni ma kinitx tiġġustifika l-kompatibbiltà ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT bħala skema.
4. Il-kummenti ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi
B’ittra li kienet iġġib id-data tat-18 ta’ Settembru 2006 (Avveniment Nru 388922), l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu kummenti dwar id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Il-kummenti kienu maqsuma fi tliet taqsimiet:
4.1. Il-qafas ta’ l-iskema għall-Kumpens tal-VAT
L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-VAT hija taxxa ġenerali li tapplika, fil-prinċipju, għall-attivitajiet kummerċjali kollha li jinvolvu l-produzzjoni u d-distribuzzjonijiet ta’ l-oġġetti u l-proviżjonijiet tas-servizzi. Il-VAT li jkun hemm fuq l-infiq hija rekuperabbli biss sakemm min iħallas it-taxxa jipprovdi servizzi li jkunu suġġetti għall-VAT. Skond ir-regoli kurrenti dwar il-VAT, il-parti l-kbira ta’ l-attivitajiet fis-settur muniċipali mhumiex suġġetti għall-VAT:
“L-attività muniċipali ġeneralment tkun barra mis-sistema tal-VAT. L-attivitajiet muniċipali bażiċi bħas-servizzi sanitarji, edukattivi u soċjali mhumiex suġġetti għall-VAT. L-attivitajiet ekonomiċi fejn il-muniċipalitajiet ikunu involuti bħala “awtorità pubblika” huma barra l-ambitu tal-VAT. B’hekk, il-VAT imħallsa mill-muniċipalitajiet li hija relatata ma’ attivitajiet eżenti jew mhux taxxabbli hija spiża mhux rekuperabbli. Tista’ tissejjaħ “spiża moħbija tal-VAT”. Tista’ titqies ukoll bħala anomalija tas-sistema tal-VAT. Peress li s-sistema tal-VAT suppost tkun iggvernata minn prinċipju ta’ newtralità, it-trattament tal-VAT tal-muniċipalitajiet jista’ joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. Minħabba l-fatt li l-muniċipalitajiet ma jistgħux jitolbu lura l-VAT imħallsa fuq l-inputs ipprovduti mis-settur privat, dan jista’ jintroduċi wkoll preġudizzju għall-awtoritajiet pubbliċi favur l-awto-provvista tas-servizzi li jkunu suġġetti għall-VAT kontra l-ħruġ ta’ kuntratti lis-settur privat.”
Billi l-muniċipalitajiet jingħataw kumpens għat-taxxa ta’ l-input fuq l-oġġetti u s-servizzi kollha, l-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-fini ta’ l-iskema ġenerali ta’ kumpens għall-VAT huwa li jinħolqu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd bejn l-awto-provvista u l-outsourcing:
“Il-VAT mhux se toħloq aktar distorsjoni għall-inċentivi ta’ l-awtoritajiet muniċipali meta jagħżlu bejn produzzjoni “interna” (in-house) tas-servizzi u x-xiri ta’ servizzi li jkunu suġġetti għall-VAT minn fornituri privati tas-servizz. […] Għalhekk, in-newtralità tista’ titqies bħala l-għan assenjat lill-iskema ta’ kumpens għall-VAT.”
L-awtoritajiet Norveġiżi enfasizzaw il-fehma diġà espressa fil-fażi preliminari ta’ l-investigazzjoni li l-iskema ta’ kumpens għall-VAT mhix miżura ta’ għajnuna għall-intrapriżi li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għal-VAT. Ir-raġuni għal din id-dikjarazzjoni huwa li meta l-iskema ġenerali ta’ kumpens għall-VAT kienet introdotta fl-2004, l-approprjazzjonijiet muniċipali fil-baġit fiskali annwali konsegwentement tnaqqsu bl-ammont mistenni tat-taxxa ta’ l-input li ngħata kumpens għaliha. L-iskema ta’ kumpens għall-VAT għalhekk m’għandha l-ebda effett fuq id-dħul fejn għandu x’jaqsam il-Gvern. B’hekk is-sistema tista’ tiġi deskritta bħala sistema li tiffinanzja lilha nfisha permezz ta’ l-allokazzjoni ta’ spiża għar-ribass/għall-kumpens lill-muniċipalitajiet.
4.2. L-għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE
Fl-ittra li ġġib id-data tat-18 ta’ Settembru 2006, l-awtoritajiet Norveġiżi esprimew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-valutazzjoni ta’ l-Awtorità li l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT hija għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet li ġejjin:
Il-vantaġġ ekonomiku
L-awtoritajiet Norveġiżi jemmnu li mhux korrett li l-kumpens għall-VAT jitqies bħala “vantaġġ”, li jeħles lill-intrapriżi minn ħlasijiet li normalment jinġarru mill-baġits tagħhom. Għaliex il-muniċipalitajiet jiffinanzjaw l-iskema ta’ kumpens għall-VAT huma stess permezz ta’ tnaqqis fl-għotjiet ġenerali, ma jingħata l-ebda ħelsien ekonomiku fattwali. L-iskema ta’ kumpens għall-VAT la timplika xi tnaqqis fl-ammont tat-taxxa u lanqas xi tip ta’ differiment fit-taxxa. Konsegwentement, fil-fehma ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi, huwa ħażin li l-iskema ta’ kumpens għall-VAT tiġi paragunata ma’ miżuri li jimplikaw tnaqqis ġenwin fil-piż fiskali tad-destinatarju.
Is-selettività
L-ambitu ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT jiġi definit pożittivament peress li persuni legali biss li jaqgħu taħt l-Artikolu 2 ta’ l-Att jistgħu jingħataw kumpens għat-taxxa ta’ l-input fuq ix-xiri.
Madankollu, miżura fiskali selettiva tista’ tkun iġġustifikata minħabba n-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema fiskali in kwistjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi qiesu li bid-dikjarazzjoni li l-kumpens għall-VAT mhux parti mis-sistema tal-VAT, l-Awtorità ma laqgħetx l-argument tagħhom li l-kumpens għall-VAT jista’ jitqies bħala li huwa konformi man-natura u mal-loġika tas-sistema tal-VAT infisha. L-awtoritajiet Norveġiżi oġġezzjonaw għal dan il-metodu billi rreferew għall-Kapitolu 17B.3.1 et seq. tal-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat ta’ l-Awtorità fejn jitqiesu diversi aspetti tal-miżuri differenzjali. Huma qiesu li l-kumpens għall-VAT huwa ġustifikat min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema fiskali in kwistjoni u rreferew għall-Kapitolu 17B.3.4 tal-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat “L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni kummerċjali diretta”. Huwa prinċipju fundamentali li s-sistema tal-VAT għandha tkun newtrali u mhux diskriminatorja. Fil-fehma ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi, għalhekk, in-newtralità tista’ titqies bħala inerenti fis-sistema tal-VAT infisha. In-newtralità, li hija inerenti għas-sistema tal-VAT, hija wkoll l-għan assenjat lill-iskema ta’ kumpens għall-VAT. Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi kienu tal-fehma li huwa ġust li l-iskema ta’ kumpens għall-VAT titqies bħala li hija konformi man-natura u mal-loġika tas-sistema tal-VAT infisha.
Barra minn hekk, innotaw li f’każ li l-iskema ta’ kumpens għall-VAT tinqata’ bil-mod il-mod, it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li jirriżulta mis-sistema tal-VAT jerġa’ jitfaċċa: “Il-fatt li l-muniċipalitajiet ma jistgħux jirkupraw il-VAT fuq l-inputs joħloq distorsjoni fl-inċentivi ta’ l-awtoritajiet muniċipali meta jagħżlu bejn il-produzzjoni interna (in-house) tas-servizzi u x-xiri tas-servizzi li jkunu suġġetti għall-VAT minn fornituri privati tas-servizz.”
L-awtoritajiet Norveġiżi ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li, sabiex tittaffa d-distorsjoni fil-kompetizzjoni li jirriżulta mis-sistema tal-VAT, dak li jissejjaħ il-Kumitat Rattsø vvaluta diversi miżuri possibbli qabel ma ddeċieda li l-iskema ta’ kumpens għall-VAT tkun l-aktar waħda adattata (16). Waħda mill-miżuri possibbli tal-Kumitat li ġiet ivvalutata kienet li d-dritt tal-muniċipalitajiet sabiex inaqqsu l-VAT fuq l-input jiġi estiż. Miżura possibbli oħra tkun li jagħmlu l-muniċipalitajiet soġġetti għall-VAT b'mod ġenerali. Il-Kumitat Rattsø ma għażilx li jestendi d-dritt tal-muniċipalitajiet sabiex inaqqsu l-VAT fuq l-input peress li din il-miżura timplika diżordni fil-VAT bħala taxxa ġenerali. Tqies ukoll li din il-miżura tista’ toħloq pressjoni minn gruppi oħra. Il-Kumitat Rattsø lanqas ma għażel li jagħmel lill-muniċipalitajiet ġeneralment suġġetti għall-VAT. Fost fatturi oħra, il-Kumitat ġibed l-attenzjoni għall-fatt li peress li ħafna servizzi muniċipali jitwettqu bla ħlas, hemm nuqqas ta’ bażi għall-kalkolu tal-VAT:
“Kemm l-estensjoni tad-drittijiet tal-muniċipalitajiet għat-tnaqqis kif ukoll il-fatt li l-muniċipalitajiet isiru ġeneralment suġġetti għall-VAT huma soluzzjonijiet fis-sistema tal-VAT. Ir-raġuni ta’ dawn il-miżuri, sabiex tittaffa d-distorsjoni fil-kompetizzjoni li tirriżulta mis-sistema tal-VAT, madankollu tkun eżattament l-istess bħal dak ta’ l-iskema ta’ kumpens għall-VAT. Barra minn hekk, mil-lat ekonomiku, mhemm l-ebda differenza bejn l-iskema ta’ kumpens u l-estensjoni tad-dritt tal-muniċipalitajiet sabiex inaqqsu t-taxxa ta’ l-input. B’hekk, il-Ministeru jemmen li minnu stess it-tqegħid f’kuntest ta’ l-iskema ta’ kumpens għall-VAT ma jista’ jkollu l-ebda konsegwenza.”
L-effett fuq il-kummerċ
L-awtoritajiet Norveġiżi kkritikaw il-valutazzjoni ta’ l-Awtorità tal-kriterji ta’ “l-effett fuq il-kummerċ”.
“Permezz ta’ l-iskema ta’ kumpens għall-VAT, il-muniċipalitajiet primarjament jingħataw lura t-taxxa ta’ l-input fuq l-oġġetti u s-servizzi li nxtraw għall-attivitajiet mandatorji tagħhom. Bil-liġi, il-muniċipalitajiet iridu jagħtu ċerti servizzi. Dan huwa speċjalment il-każ fil-qasam edukattiv, sanitarju u soċjali. Pereżempju, fis-settur sanitarju l-muniċipalitajet, fost l-oħrajn, għandhom jipprovdu servizzi ta’ tabib tal-familja, servizzi ta’ infermieri, servizz ta’ qabla u servizzi ta’ djar tal-kura. Fis-settur soċjali, il-muniċipalitajiet għandhom jipprovdu appoġġ prattiku u ekonomiku lid-destinatarji, eż. djar soċjali.”
“Skond l-Artikoli 2 u 3 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, il-kumpens għall-VAT jista’ jingħata wkoll lill-muniċipalitajiet li jwettqu attivitajiet mhux mandatorji. Madankollu, minbarra t-taħriġ speċjali mill-iskejjel muniċipali topiċi tal-kontea, il-Ministeru ma jaf bl-ebda qasam barra mill-ambitu tas-sistema tal-VAT fejn hemm dubju jekk id-destinatarji tal-kumpens għall-VAT jwettqux is-servizzi tagħhom b’kompetizzjoni ma’ intrapriżi oħra fiż-ŻEE.”
Konsegwentement, l-awtoritajiet Norveġiżi kienu tal-fehma li f’setturi li huma eżentati mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ l-Att dwar il-VAT, huma ftit ferm l-intrapriżi stabbiliti f’pajjiżi Ewropej ġirien li jipprovdu servizzi f’kompetizzjoni ma’ l-intarpriżi Norveġiżi koperti mill-Att dwar il-Kumpens għall-VAT. Barra minn hekk, ċirkostanzi bħad-distanza fiżika sal-fornitur tas-servizz, id-diffikultajiet lingwistiċi u forom oħra marbuta mal-kultura huma deċiżivi meta jintgħażel fornitur ta’ servizz.
L-awtoritajiet Norveġiżi qiesu li sabiex iwettqu valutazzjoni vera ta’ l-iskema ta’ kumpens għall-VAT b’rabta mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 61(1) ŻEE, għandu jkun rilevanti li l-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi Norveġiżi u intrapriżi oħra fiż-ŻEE f’setturi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT hija pjuttost marġinali.
B’hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi kienu tal-fehma li l-kumpens għall-VAT li ngħata lil intrapriżi f’setturi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT ma jistax jitqies bħala li seta’ jaffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.
4.3. Kummenti ġenerali
L-awtoritajiet Norveġiżi rreferew għal diversi Stati Membru ta’ l-UE li introduċew skemi ta’ ħlas lura għall-ispejjeż tal-VAT fuq attivitajiet mhux taxxabbli jew eżentati mit-taxxa għall-gvernijiet lokali. Fl-Iżvezja, fid-Danimarka, fil-Finlandja, fl-Olanda, u fir-Renju Uniti ġew stabbiliti skemi differenti li jipprovdu ħlasijiet lura tal-VAT lill-gvernijiet lokali sabiex jeliminaw id-distorsjonijiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet pubbliċi bejn il-provvista pubblika u l-ħruġ ta’ kuntratti tas-servizzi pubbliċi. Diversi sistemi ta’ ħlas lura tal-VAT ta’ natura pjuttost simili ġew ukoll stabbiliti fi Franza, fil-Lussemburgu, fl-Awstrija u fil-Portugall.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi kkwotaw lill-eks-Kummissjarju, is-Sur Bolkestein. F’ittra, li ġġib id-data ta’ l-1 ta’ Frar 2000, lil Michel Hansenne (il-Belġju) li kien saqsa lill-Parlament Ewropew jekk l-iskema ta’ kumpens għall-VAT fir-Renju Unit kinitx konformi mas-sitt Direttiva dwar il-VAT, is-Sur Bolkestein iddikjara li skema ta’ kumpens għall-VAT “ma tidħolx f’kunflitt mas-sitt Direttiva dwar il-VAT” peress li “din tinvolvi operazzjoni purament finanzjarja bejn entitajiet pubbliċi differenti u tiġi regolata mill-politika nazzjonali rispettiva għall-finanzjament ta’ l-awtoritajiet pubbliċi”.
Is-Sur Bolkestein ikkumenta wkoll dwar “skema possibbli fejn il-Gvern Irlandiż jagħti sussidju lill-organizzazzjonijiet tal-karità Irlandiżi li jlaħħaq ammont ekwivalenti għall-VAT li ma titnaqqasx li jkunu weħlu”. Huwa ddikjara li “l-għotja tas-sussidji governattivi minnha nfisha mhix kontra l-liġi dwar il-VAT ta’ l-Unjoni Ewropea”.
L-awtoritajiet Norveġiżi ammettaw li l-ebda waħda mill-kwotazzjonijiet ma kienet tindirizza direttament r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, fil-fehma tagħhom, minn dawn il-kwotazzjonijiet jidher li l-iskemi ta’ kumpens għall-VAT ma jitqisux li jinsabu f’kunflitt mas-sitt Direttiva dwar il-VAT. Fil-fehma tagħhom, dan jirrifletti l-fatt li l-iskemi ta’ kumpens għall-VAT huma konformi man-natura u mal-loġika tas-sistema tal-VAT infisha.
II. L-APPREZZAMENT
1. Il-preżenza ta’ l-għajnuna mill-Istat
1.1. Introduzzjoni
L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jipprovdi dan li ġej:
“Ħlief jekk ikun provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, mill-Istati ta’ l-EFTA jew permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat fi kwalunkwe forma, tkun xi tkun, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.”
L-Awtorità tixtieq tagħmel rimarka preliminari rigward l-ambitu tal-valutazzjoni kurrenti. Din id-Deċiżjoni ma tindirizzax id-deċiżjoni ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi sabiex ċerti tranżazzjonijiet ikunu eżentati mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Att dwar il-VAT. Tikkonċerna biss il-kumpens għat-taxxa ta’ l-input imħallsa minn ċerti persuni li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT.
Barra minn hekk, l-Awtorità tixtieq ukoll tenfasizza tliet rimarki li diġà għamlet fid-Deċiżjoni Nru 225/06/COL:
|
L-ewwelnett, bħala regola ġenerali, is-sistema fiskali ta’ Stat ta’ l-EFTA mhix koperta mill-Ftehim taż-ŻEE. Għandu jkun kull Stat ta’ l-EFTA li jfassal u japplika sistema fiskali skond l-għażliet politiċi li jagħmel. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ miżura fiskali, bħall-kumpens għat-taxxa ta’ l-input ipprovduta fl-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, jista’ jkollha konsegwenzi li jġibuha fl-ambitu ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Skond il-ġurisprudenza (17), l-Artikolu 61(1) ma jagħmilx distinzjoni bejn miżuri ta’ intervent mill-Istat b’referenza għall-kawżi jew għall-għanijiet tagħhom imma jiddefinihom b’relazzjoni għall-effetti li jkollhom. |
|
It-tieninett, il-kwistjoni dwar jekk il-miżura konċernata hix għajnuna mill-Istat tinqala’ biss sakemm tikkonċerna attività ekonomika, jiġifieri, attività li tikkonsisti milli jkunu offruti oġġetti u servizzi f’suq partikolari (18). Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat biss jekk tkun ta’ benefiċċju għall-intrapriżi. Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, il-kunċett ta’ intrapriża jinkludi entitajiet “involuti f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali ta’ l-entità u mill-mod kif tiġi finanzjata” (19). Għalkemm uħud mill-entitajiet li jirċievu ħlasijiet lura tat-taxxa ta’ l-input ma jissodisfawx il-kundizzjoni li jkunu intrapriża, il-fatt li wħud mill-benefiċjarji ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT huma intrapriżi huwa raġuni biżżejjed sabiex l-iskema tiġi valutata bħala tali għal finijiet ta’ għajnuna mill-Istat (20). |
|
It-tieletnett, l-għajnuna tista’ tingħata lil intrapriżi pubbliċi kif ukoll lil intrapriżi privati (21). Sabiex intrapriża pubblika titqies bħala destinatarja ta’ għajnuna mill-Istat mhux bilfors irid ikollha identità legali separata mill-Istat. Li entità tkun irregolata mid-dritt pubbliku u tkun istituzzjoni mhux bi qligħ mhux bilfors ifisser li mhix “intrapriża” fit-tifsira tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (22). |
|
Ir-rabanett, rigward il-kummenti ġenerali mill-awtoritajiet Norveġiżi dwar l-eżistenza ta’ skemi simili fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità tixtieq tinnota li dawn is-sistemi jistgħu jkunu differenti mill-Att dwar il-Kumpens għall-VAT u li informat lill-Kummissjoni Ewropea bl-osservazzjonijiet ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi. Barra minn hekk, skond il-ġurisprudenza, “kwalunkwe ksur min-naħa ta’ Stat Mmebru ta’ obbligu skond it-Trattat b’konnessjoni mal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 92 ma jistax ikun iġġustifikat mill-fatt li Stati Membri oħra ukoll qed jonqsu milli jissodisfaw dan l-obbligu.” (23) |
F’dan li ġej, l-Awtorità se tivvaluta jekk l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT bħala skema (24) jissodisfax il-kriterji previsti skond l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE biex jitqies bħala għajnuna mill-Istat.
1.2. Ir-riżosi ta’ l-Istat
Sabiex tkun għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-għajnuna trid tingħata mill-Istat permezz ta' riżorsi ta’ l-Istat.
Il-kumpens jingħata direttament mill-Istat u għalhekk jingħata mill-Istat permezz ta' riżorsi ta’ l-Istat.
L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-iskema ta’ kumpens għall-VAT mhix miżura ta’ għajnuna għaliex hija sistema li tiffinanzja lilha nfisha. Fil-fehma tagħhom, il-muniċipalitajiet jiffinanzjaw l-iskema ta’ kumpens għall-VAT huma stess permezz ta’ tnaqqis fit-trasferimenti ġenerali mill-baġit ta’ l-Istat lill-muniċipalitajiet. Bl-introduzzjoni ta’ l-iskema ta’ kumpens għall-VAT fl-2004, l-approprjazzjonijiet muniċipali fil-baġit fiskali annwali tnaqqsu skond l-ammont mistenni tat-taxxa ta’ l-input li ngħata kumpens għaliha.
L-Awtorità tqis li għal finijiet ta’ għajnuna mill-Istat mhux rilevanti jekk l-ammont ta’ flus li rċevew il-muniċipalitajiet naqasx jew le. Dak li huwa importanti huwa jekk l-intrapriżi, fit-tifsira tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, irċevewx appoġġ finanzjarju mill-Istat permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat. Meta muniċipalità tagħmilha ta’ intrapriża, għal finijiet ta’ għajnuna mill-Istat għandha titqies separatament mill-muniċipalità bħala awtorità pubblika. Jekk l-ispiża ta’ l-Istat tal-kumpens fuq livell ċentrali tiġix ibbilanċjata minn trasferimenti mnaqqsa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala tali ma jbiddilx din il-konklużjoni. Il-ħlas lura għat-taxxa ta’ l-input jiġi finanzjat mill-baġit ta’ l-Istat u għalhekk huwa riżors ta’ l-Istat.
Barra minn hekk, skond kif tifhimha l-Awtorità, kull muniċipalità ma tiksibx tnaqqis fit-trasferiment ta’ l-Istat li jikkorrispondi eżattament għall-kumpens għall-VAT li tirċievi.
1.3. Il-vantaġġ ekonomiku
Miżura finanzjarja li tingħata mill-Istat jew permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat lil intrapriża li jeħilsuha mill-ispejjeż li normalment ikollhom jinġarru mill-baġit tagħha hija vantaġġ ekonomiku (25).
L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-iskema ta’ kumpens għall-VAT mhix vantaġġ għaliex l-iskema la tinvolvi tnaqqis fl-ammont ta’ taxxa u lanqas ma tinvolvi xi differiment fit-taxxa. L-iskema ta’ kumpens għall-VAT ma timplika l-ebda tnaqqis fil-piż fiskali tad-destinatarju.
L-Awtorità ma taqbilx ma’ dan il-metodu. Fil-fehma tagħha, l-awtoritajiet Norveġiżi mhux qed jagħmlu d-divrenzjar meħtieġ bejn l-isferi differenti ta’ l-Istat, jiġifieri, f’dan il-każ, l-Istat bħala awtorità fiskali, il-muniċipalitajiet bħala entitajiet ta’ l-Istat u l-intrapriżi muniċipali bħala entitajiet separati għal finijiet ta’ għajnuna mill-Istat.
Sabiex tiddetermina jekk ngħatax vantaġġ ekonomiku, l-Awtorità trid tivvaluta jekk miżura teħlisx lill-benefiċjarji tagħha mill-ħlasijiet li normalment ikollhom joħorġu fl-andament tal-kummerċ tagħhom. Il-ħlas tat-taxxa ta’ l-input hija spiża operattiva relatata max-xiri fl-andament normali ta’ attività ekonomika ta’ intrapriża, li normalment toħroġ l-intrapriża stess. Sakemm l-awtoritajiet Norveġiż jagħtu kumpens għat-taxxa ta’ l-input fuq ix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi lil intrapriżi li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, dawn ikunu qed jagħtu lil dawk l-intrapriżi vantaġġ ekonomiku. Jingħataw vantaġġ peress li l-ispejjeż operattivi li dawk l-intrapriżi se jkollhom iħallsu tnaqqsu skond l-ammont ta’ taxxa ta’ l-input li ngħata kumpens għaliha.
L-Att dwar il-Kumpens għall-VAT għalhekk jinvolvi l-għotja ta’ vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji ta’ l-iskema.
1.4. Is-selettività
Barra minn hekk, biex tkun għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-miżura ta’ għajnuna trid tkun selettiva billi tiffavorixxi lil “ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”.
Fid-Deċiżjoni Nru 225/06/COL, l-Awtorità qieset li l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT kien miżura materjalment selettiva. L-ambitu ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT jiġi definit pożittivament billi l-persuni taxxabbli li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT biss jistgħu jingħataw kumpens għat-taxxa ta’ l-input fuq ix-xiri. Il-vantaġġ mogħti skond l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT għall-intrapriżi li ngħataw ħlas lura għat-taxxa ta’ l-input tagħhom jimplika ħelsien mill-obbligu li jsegwi mis-sistema ġenerali tal-VAT applikabbli għax-xerrejja kollha ta’ oġġetti u servizzi.
Il-ġurisprudenza tal-Qorti stabbiliet li miżura fiskali speċifika, minkejja kollox, tista’ tkun iġġustifikata bil-loġika interna tas-sistema fiskali jekk tkun konsistenti magħha (26). Kwalunkwe miżura maħsuba parzjalment jew għalkollox biex teżenta d-ditti f’settur partikolari mill-ħlasijiet li jinqalgħu mill-applikazzjoni normali tas-sistema ġenerali hija għajnuna mill-Istat jekk ma jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal din l-eżenzjoni fuq il-bażi tan-natura u tal-loġika tas-sistema ġenerali (27).
L-Awtorità se tivvaluta jekk il-ħlas lura tat-taxxa ta’ l-input ipprovdut fl-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT jaqax fl-ambitu tal-loġika tas-sistema tal-VAT. Għal din il-valutazzjoni, l-Awtorità trid tqis jekk il-ħlas lura tat-taxxa ta’ l-input jissodisfax l-għanijiet inerenti fis-sistema tal-VAT infisha jew jekk għandux għanijiet oħra li mhumiex inklużi fis-sistema tal-VAT.
L-għan primarju tas-sistema tal-VAT huwa li tintaxxa ċerti provvisti ta’ oġġetti u ta’ servizzi. Il-VAT hija taxxa indiretta fuq il-konsum ta’ l-oġġetti u tas-servizzi. Bħala regola, il-VAT tiġi kalkulata fl-istadji kollha tal-katina ta’ provvista u fuq l-importazzjoni ta’ l-oġġetti u tas-servizzi minn barra. Il-konsumatur aħħari jħallas il-VAT bħala parti mill-prezz tax-xiri, mingħajr id-dritt li jnaqqas it-taxxa.
Għalkemm, fil-prinċipju, il-bejgħ kollu ta’ l-oġġetti u tas-servizzi jista’ jkun suġġett għall-VAT, uħud mit-tranżazzjonijiet jistgħu jkunu eżentati (u konsegwentement mingħajr kreditu għat-taxxa ta’ l-input) li jfisser li provvisti ta’ din ix-xorta mhumiex taxxabbli.
L-Artikoli 5, 5(a) u 5(b) fil-Kapitolu I ta’ l-Att Norveġiż dwar il-VAT jeżentaw tranżazzjonijiet bħall-provvista u l-kiri ta’ proprjetà ta’ beni immobbli, il-provvista ta’ servizzi sanitarji u ta’ servizzi relatati mas-saħħa, is-servizzi soċjali, is-servizzi edukattivi, is-servizzi finanzjarji, eċċ. Il-fornituri ta’ dawn l-oġġetti u s-servizzi jiġu trattati bħala konsumaturi finali għall-finijiet tal-VAT peress li jridu jħallsu t-taxxa ta’ l-input mingħajr ma jkunu jistgħu jitolbu t-taxxa ta’ l-output. Il-konsegwenza tal-loġika tas-sistema hija li l-provvisti eżentati ta’ oġġetti u ta’ servizzi u l-konsumaturi finali jħallsu t-taxxa ta’ l-input mingħajr ma jkollhom il-possibbiltà li jnaqqsuha.
Madankollu, din il-konsegwenza loġika tas-sistema tal-VAT ħolqot distorsjoni fuq livell ieħor, li l-awtoritajiet Norveġiżi provaw ipaċu bl-introduzzjoni ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT. Għaldaqstant, il-loġika ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT qiegħda biex tibbilanċja l-konsegwenza loġika naturali tas-sistema tal-VAT meta jkunu eżentati ċerti provvisti. B’hekk, il-loġika ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT mhix li tintaxxa lil ċerti utenti aħħarija, kif inhi fis-sistema ġenerali tal-VAT, imma li teħles lil ċertu grupp ta’ konsumaturi finali sabiex tkun evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn is-servizzi interni (in-house) u l-outsourcing għal tranżazzjonijiet li jkunu suġġetti għall-VAT.
L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li, skond l-Artikolu 1 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, l-għan tal-kumpens għat-taxxa ta’ l-input kien li jinħolqu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd bejn l-awto-provvista u l-outsourcing ta’ l-oġġetti u tas-servizzi suġġetti għall-VAT.
L-Awtorità tqis li jekk jingħata kumpens għat-taxxa ta’ l-input imħallsa għal raġunijiet oħra għajr dawk iffissati fis-sistema tal-VAT, ma jkunx iġġustifikat mill-għan tat-tassazzjoni ta’ attività partikolari, li primarjament tispira lis-sistema tal-VAT. L-għan li għandhom l-awtoritajiet Norveġiżi meta ħolqu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd bejn l-awto-provvista u l-outsourcing minn entitajiet pubbliċi ta’ oġġetti u ta’ servizzi suġġetti għall-VAT għandha tiġi mfaħħra bħala tali imma ma tantx jista’ jingħad li hija fin-natura u fil-loġika tas-sistema tal-VAT infisha. F’dan is-sens, l-Awtorità tirreferi b’mod partikolari għall-ġurisprudenza ta’ Heiser (28), fejn is-sempliċi fatt li miżura jkollha fini ta’ min ifaħħru mhux biżżejjed biex jeskludiha milli tiġi klassifikata bħala għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma jagħmilx distinzjoni bejn miżuri ta’ intervent mill-Istat b’referenza għall-kawżi jew għall-għanijiet tagħhom imma jiddefinihom b’relazzjoni għall-effetti li jkollhom (29).
L-Awtorità ma tinjorax l-għan li kellhom l-awtoritajiet Norveġiżi bl-introduzzjoni ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT li joħolqu newtralità fl-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi suġġetti għall-VAT għall-amministrazzjoni pubblika. Din in-newtralità ma tistax tiġi konfuża man-newtralità inerenti fis-sistema tal-VAT.
Peress li l-fini tal-ħolqien ta’ l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd bejn il-provvista interna (in-house) u l-outsourcing tal-provvisti ta’ oġġetti u ta’ servizzi għall-awtoritajiet pubbliċi mhux skond il-loġika tas-sistema tal-VAT, dan l-għan jista’ jitqies biss fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura in kwistjoni.
Għar-raġunijiet li ssemmew aktar ’il fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-kumpens għall-VAT ma jistax ikun iġġustifikat min-natura u mil-loġika tas-sistema tal-VAT. Għalhekk huwa miżura selettiva.
1.5. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni
Miżura trid twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni biex taqa’ fl-ambitu ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.
L-entitajiet pubbliċi jew privati li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT biss jistgħu jibbenefikaw minn kumpens għat-taxxa ta’ l-input. Madankollu, meta dawn l-entitajiet jipprovdu servizzi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT f’kompetizzjoni ma’ intrapriżi li jaqgħu barra mill-ambitu ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, dawn ta’ l-aħħar se jkollhom jiffaċċjaw spejjeż akbar tax-xiri anki jekk iwettqu servizzi simili. Għalkemm il-kumpens għat-taxxa ta’ l-input kellu l-għan li jtaffi t-tgħawwiġ għall-akkwisti muniċipali, dan ħoloq tgħawwiġ fil-kompetizzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi u l-intrapriżi privati li jwettqu l-istess attivitajiet ekonomiċi f’setturi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT. Għaldaqstant, minħabba l-intervent ta’ l-Istat, il-prodotti offruti mill-operaturi privati, meta l-fatturi l-oħra kollha jkunu simili, ikunu aktar għalja. B’hekk ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni. F’oqsma fejn kemm l-operaturi pubbliċi kif ukoll dawk privati jingħataw kumpens, l-għajnuna xorta thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi nazzjonali u operaturi oħra taż-ŻEE li joperaw fl-istess suq.
B’hekk, rigward il-kumpens mogħti lill-intrapriżi li jipproduċu oġġetti jew li joffru servizzi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT, l-Awtorità tqis li hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi.
1.6. L-effett fuq il-kummerċ
Miżura ta’ għajnuna mill-Istat taqa’ fl-ambitu ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE biss sakemm taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.
Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 225/06/COL, l-awtoritajiet Norveġiżi kkontestaw il-valutazzjoni ta’ l-Awtorità tal-kriterju ta’ l-effett fuq il-kummerċ li, fil-fehma tagħhom, ma kienx ibbażat fuq apprezzament ġust tas-sitwazzjoni. Fil-fehma tagħhom, permezz ta’ l-iskema ta’ kumpens għall-VAT il-muniċipalitajiet primarjament jingħataw ħlasijiet lura ta’ taxxa ta’ l-input fuq oġġetti u servizzi li nxtraw għall-attivitajiet mandatorji tagħhom. Rigward l-ativitajiet mhux mandatorji li jistgħu jwettqu il-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet Norveġiżi ma raw l-ebda qasam eżentat mill-applikazzjoni tal-VAT fejn id-destinatarji tal-kumpens għall-VAT jwettqu s-servizzi tagħhom f’kompetizzjoni ma’ intrapriżi oħra fiż-ŻEE, minbarra t-tip partikolari ta’ skejjel indirizzati mill-entità li qed tagħmel l-ilment. L-awtoritajiet Norveġiżi jemmnu li hemm ferm ftit intrapriżi stabbiliti fil-pajjiżi Ewropej ġirien li jikkompetu ma’ l-intrapriżi Norveġiżi koperti mill-Att dwar il-Kumpens għall-VAT.
L-Awtorità irrepetiet il-pożizzjoni li esprimiet fid-Deċiżjoni Nru 225/06/COL rigward il-valutazzjoni ta’ l-effett fuq il-kummerċ. L-Awtorità hija meħtieġa teżamina jekk hux probabbli li skema ta’ għajnuna taffetwa l-kummerċ fiż-ŻEE u mhux tiddetermina l-effett attwali tagħha (30). Fil-prinċipju, il-benefiċjarji kollha fl-iskema ta’ kumpens għall-VAT, jistgħu jirċievu kumpens għall-VAT fuq l-input taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema, irrispettivament minn jekk l-għajnuna lil operatur konkret ikollhiex effett fuq il-kummerċ. Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stabbiliet li “fil-każ ta' skema ta' għajnuna, il-Kummissjoni tista' tillimita ruħha biex teżamina l-karatteristiċi ġenerali ta' l-iskema in kwistjoni, mingħajr ma tkun fl-obbligu li teżamina kull każ partikolari li fih tkun applikabbli.” (31). Anki l-Qorti ta’ l-EFTA approvat din l-interpretazzjoni (32).
Il-kriterju ta’ l-effett fuq il-kummerċ ġie tradizzjonalment interpretat bħala li jgħid, f’termini ġenerali, li miżura titqies li hija għajnuna mill-Istat jekk tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (33). Anki jekk l-awtoritajiet Norveġiżi huma korretti fl-istima tagħhom li huma biss ftit l-intrapriżi fiż-ŻEE li jikkompetu mal-benefiċjarji ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, minkejja dan, il-miżura ta’ għajnuna tista’ taffettwa l-kummerċ peress li la n-numru ta’ benefiċjarji u lanqas in-numru ta’ kompetituri mhuma elementi sinifikanti għall-valutazzjoni tal-kriterju ta’ l-effett fuq il-kummerċ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (34).
L-għotja ta’ appoġġ mill-Istat lil intrapriża tista’ twassal biex il-provvista interna tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza tkun li jitnaqqsu l-opportunitajiet biex intrapriżi oħra jippenetraw is-suq ta’ l-Istati taż-ŻEE kkonċernati (35). Għalhekk, il-karattru ta’ l-għajnuna ma jiddependix mill-karattru lokali jew reġjonali tas-servizzi provduti jew fuq l-iskala tal-qasam ta’ attività kkonċernat (36).
Mhemm l-ebda limitu jew perċentwali li taħtu jista’ jitqies li l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti ma jiġix affettwat (37). Anzi bil-kontra, skond il-ġurisprudenza (38), kull meta għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ intrapriża meta paragunata ma’ intrapriżi oħra li jikkompetu fin-negozju fi ħdan iż-ŻEE, ta’ l-aħħar iridu jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna.
L-Artikoli 5 u 5(a) fil-Kapitolu I ta’ l-Att dwar il-VAT jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Att dwar il-VAT. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(b) ta’ l-istess Att jipprevedi li l-provvista ta’ ċerti servizzi, fost l-oħrajn il-provvista ta’ servizzi sanitarji u dawk relatati mas-saħħa, is-servizzi soċjali, is-servizzi edukattivi, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi relatati ma’ l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika, is-servizzi fil-forma ta’ jedd li wieħed jattendi wirjiet teatrali, operistiċi, tal-ballet, taċ-ċinema u taċ-ċirklu, il-wirjiet fil-galleriji u fil-mużewijiet, is-servizzi tal-lotterija, is-servizzi konnessi ma’ li jkunu servuti oġġetti ta’ l-ikel fil-kantins ta’ l-iskejjel u ta’ l-istudenti, eċċ., mhumiex koperti mill-Att. B’hekk, dawn is-servizzi kollha huma eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT, imma fil-prinċipju, huma koperti mill-Att dwar il-Kumpens għall-VAT (39). Uħud minn dawn is-setturi bħal, pereżempju, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi konnessi ma’ li jkunu servuti oġġetti ta’ l-ikel fil-kantins ta’ l-iskejjel u ta’ l-istudenti, uħud mis-servizzi dentali, uħud mis-servizzi edukattivi provduti bi ħlas, uħud mis-servizzi taċ-ċinema, huma parzjalment jew għalkollox miftuħa għall-kompetizzjoni mifruxa maż-ŻEE kollha. L-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi f’setturi li huma miftuħa għall-kompetizzjoni għalhekk tista’ taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.
Għal dawn ir-raġunijiet, u meta titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti, l-Awtorità tqis li l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT hija skema ta’ kumpens mifruxa man-nazzjon kollu li tista’ taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.
1.7. Konklużjoni
Għar-raġunijiet li ssemmew aktar ’il fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT hija skema ta’ għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.
2. Ir-rekwiżiti proċedurali
Skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, “l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha tkun informata, u tingħata żmien biżżejjed sabiex tkun tista’ tressaq il-kummenti tagħha, bi kwalunkwe pjan sabiex tingħata jew titbiddel l-għajnuna […]. L-Istat ikkonċernat m’għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti sakemm il-proċedura tkun irriżultat f’deċiżjoni finali”.
L-Awtoritajiet Norveġiżi ma nnotifikawx l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT lill-Awtorità qabel ma daħħluh fis-seħħ. L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 1(3) fil-Parti I għall-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
3. Il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna
L-Awtorità tqis li l-ebda waħda mid-derogi msemmija fl-Artikolu 61(2) tal-Ftehim taż-ŻEE ma tista’ tiġi applikata f’dan il-każ.
Safejn għandha x’taqsam l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-kumpens għat-taxxa ta’ l-input ma jistax jitqies fil-qafas ta’ l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż-ŻEE peress li l-ebda reġjun Norveġiż ma jikkwalifika għal dan il-provvediment, li jeħtieġ standard ta’ l-għajxien li jkun baxx b’mod anormali jew livell għoli ta’ qgħad. Dan il-kumpens ma jidhirx li jippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew li huwa ta’ rimedju għal disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat, kif jintalab għall-kompatibbiltà fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE.
Dwar l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-għajnuna tista’ titqies li hija kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE jekk tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi mingħajr ma taffettwa ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt kuntrarju għall-interess komuni. L-iskema ta’ l-għajnuna in kwistjoni ma jidhirx li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew oqsma ekonomiċi imma, hekk kif iddikjaraw l-awtoritajiet Norveġiżi, għandha l-għan li jkunu stabbiliti l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd għall-oġġetti u għas-servizzi suġġetti għall-VAT bejn il-provvedimenti interni (in-house) u l-outsourcing tas-servizzi fil-muniċipalitajiet.
L-Awtorità tqis li tnaqqis fl-ispejjeż tal-ġestjoni ta’ intrapriża, bħat-taxxa ta’ l-input, huwa għajnuna operattiva. Din it-tip ta’ għajnuna, fil-prinċipju, hija projbita. Għalhekk, l-Awtorità tqis li l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT huwa skema ta’ għajnuna li, hekk kif inhu llum, ma jistax jitqies li huwa kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna ta’ l-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.
Minkejja dan, l-Awtorità tfakkar li, kif issemma aktar ’il fuq, il-kwistjoni dwar jekk il-miżura hiex għajnuna ta’ l-Istat tinqala’ biss sakemm tikkonċerna attività ekonomika, jiġifieri, attività fejn jiġu offruti oġġetti u servizzi f’suq partikolari. F’dan il-każ, dan jimplika li sakemm il-benefiċjarji ta’ l-iskema jwettqu kompiti jew obbligi statutorji ta’ amministrazzjoni pubblika li mhumiex attività ekonomika, il-valutazzjoni ta’ l-għajnuna mill-Istat, inkluża l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura, ma tapplikax għalihom.
Barra minn hekk, skond l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mhumiex applikabbli għall-intrapriżi fdati bit-twettiq ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u dan sakemm l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ din ix-xorta tostakola t-twettiq tal-kompiti partikolari assenjati lihom u sakemm il-kummerċ ma jiġix affettwat b'mod kuntrarju għall-interessi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
B’mod ġenerali, l-Istati għandhom marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni ta’ servizzi li jistgħu jiġu klassifikati bħala li huma servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. F’dan ir-rigward, il-kompitu ta’ l-Awtorità huwa li tiżgura li mhemm l-ebda żball ċar rigward id-definizzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. F’dan il-kuntest, l-Awtorità ma tistax twettaq valutazzjoni dettaljata ta’ jekk il-fornituri kollha fis-setturi eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT li jibbenefikaw mill-ħlas lura tat-taxxa ta’ l-input, jiġifieri li huma koperti mill-iskema ta’ għajnuna, humiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità tista’ tillimita lilha nfisha għalli tindika li, fil-każ li dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, il-ħlas lura tal-VAT fuq l-input mogħti lil intrapriża partikolari jew lil grupp speċifiku ta’ intrapriżi jista’ jitqies bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Att dwar il-Kumpens għall-VAT mhux limitat b’dan il-mod.
Fit-28 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni Ewropea adottat Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi fdati bit-twettiq ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (40). Din id-Deċiżjoni kienet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE f’Lulju 2006 (41).
Skond din id-Deċiżjoni (42), l-isptarijiet u l-intrapriżi inkarigati mid-djar soċjali li huma fdati b’kompiti li jinvolvu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għandhom karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġ li jitqiesu. L-intensità tad-distorsjoni fil-kompetizzjoni f’dawk is-setturi fl-istadju kurrenti ta’ l-iżvilupp tas-suq intern mhux bilfors huwa proporzjonat għal-livell tal-fatturat u tal-kumpens. Għalhekk, l-isptarijiet li jipprovdu kura medika, inklużi fejn ikun applikabbli, is-servizzi ta’ emerġenza u s-servizzi anċillari direttament relatati ma’ l-attivitajiet ewlenin, prinċipalment fil-qasam tar-riċerka, u l-intrapriżi inkarigati mid-djar soċjali li jipprovdu djar għaċ-ċittadini żvantaġġjati jew gruppi soċjalment inqas vantaġġjati li, minħabba l-limiti ta’ solvenza, ma jistgħux jiksbu djar skond kundizzjonijiet tas-suq, huma eżentati min-notifika.
Madankollu, kwalunkwe ħlas lura ta’ taxxa ta’ l-input mogħti lil intrapriża għall-parti ta’ l-attivitajiet ekonomiċi li twettaq li mhumiex parti minn dan l-obbligu ta’ servizz pubbliku mhux koperti minn din l-eċċezzjoni. Kif ġie vvalutat aktar ’il fuq, din l-iskema ta’ ħlas lura hija għajnuna mill-Istat u ma tistax titqies li hija kompatibbli mar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE. F’dan il-kuntest, tista’ ssir referenza għal uħud mis-setturi ta’ attività kkonċernati, jiġifieri, għas-setturi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-VAT u li fir-rigward tagħhom jidher biċ-ċar mill-prattika tal-każi eżistenti jew mill-Kummissjoni Ewropea, jew mill-Awtorità jew mill-ġurisprudenza eżistenti li l-attività hija attività ekonomika li titwettaq f’kompetizzjoni ma’ oħrajn. B'mod partikolari dan huwa l-każ fil-każ tas-servizzi tad-dentisti (43) jew ta’ l-ambulanzi (44).
Barra minn hekk, uħud mid-destinatarji ta’ l-għajnuna, skond l-iskema ta’ kumpens għall-VAT, jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjonijiet oħra bħall-għajnuna de minimis, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti ta’ eżenzjoni ġenerali, bħar-regolament ta’ eżenzjoni ta' kategorija dwar l-SMEs, eċċ.
Madankollu, din l-iskema, kif inhi bħalissa, ma tiġix interpretata bħala li tindirizza biss obbligi ta’ servizz pubbliku jew kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet li ssemmew aktar ’il fuq. L-Att dwar il-Kumpens għall-VAT jiġi applikat u jinftiehem b’mod wiesa’. Ma jinkludix il-kriterji meħtieġa li għandhom jiżguraw li dawn l-eżenzjonijiet jiġu sodisfatti. Għalhekk, l-iskema bħala tali ma tistax titqies li hija kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.
4. Konklużjoni
L-Awtorità temmen li l-awtoritajiet Norveġiżi implimentaw illegalment l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT bi ksur ta’ l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Il-ħlas lura tat-taxxa ta’ l-input previst skond dan l-Att kif inhu llum mhux kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE għar-raġunijiet li ġew stabbiliti aktar ’il fuq.
Skond l-Artikolu 14 fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, f’każi ta’ għajnuna illegali, jekk jinstab li tkun inkompatibbli, bħala regola l-Awtorità tordna li l-Istat ta’ l-EFTA kkonċernat jikseb lura l-għajnuna mingħand id-destinatarju.
L-Awtorità hija tal-fehma li, f’dan il-każ, l-ebda prinċipju ġenerali ma jipprekludi l-irkupru. Skond il-ġurisprudenza stabbilita, l-abolizzjoni ta’ l-għajnuna illegali permezz ta’ l-irkupru hija l-konsegwenza loġika tas-sejbien li din kienet illegali. Konsegwentement, l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istati mogħtija illegalment, sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel, fil-prinċipju ma tistax titqies bħala sproporzjonata għall-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE rigward l-għajnuna mill-Istat. Billi l-għajnuna titħallas lura, id-destinatarju jitlef il-vantaġġ li kieku kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kien hemm qabel ma tħallset l-għajnuna (45). Minn dik il-funzjoni tal-ħlas lura ta’ l-għajnuna jirriżulta wkoll li, bħala regola ġenerali ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Awtorità mhux se teċċedi l-limiti tad-diskrezzjoni tagħha, li ġew rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk titlob lill-Istat ta’ l-EFTA kkonċernat biex jirkupra s-somom li ngħataw bħala għajnuna illegali peress li qed tirripristina s-sitwazzjoni li kien hemm qabel (46).
Barra minn hekk, minħabba n-natura mandatorja tas-superviżjoni ta’ l-għajnuna mill-Istat mill-Awtorità skond il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-intrapriżi li ngħatatilhom l-għajnuna, fil-prinċipju, ma jistax ikollhom aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija legali sakemm ma tkunx ingħatat skond il-proċedura stabbilita fid-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll (47).
Id-dikjarazzjonijiet li għamel il-Kummissarju Bolkestein, li ssemmew mill-awtoritajiet Norveġiżi, kienu jirreferu għall-konformità ta’ l-iskemi kkonċernati mar-regoli dwar il-VAT bħala tali. Barra minn hekk, mill-inqas f’waħda mid-dikjarazzjonijiet, is-Sur Bolkestein inkluda l-kundizzjoni “sakemm jiġu osservati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat”. B’hekk, l-Awtorità tqis li f’dawn id-dikjarazzjonijiet ma tista’ tkun iġġustifikata l-ebda aspettattiva leġittima.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi ma rreferew għall-ebda skema ta’ għajnuna mill-Istat simili li ġiet approvata jew mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Awtorità li fuq il-bażi tagħha tista’ tiġi sostanzjata l-eżistenza ta’ l-aspettattivi leġittimi rigward l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT.
Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tqis li, f’dan il-każ, mhemm l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali apparenti li kienet twassal għal aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarji ta’ l-għajnuna.
L-irkupru għandu jinkludi l-imgħax kompost, skond l-Artikolu 14(2) fil-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u skond l-Artikoli 9 u 11 tad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 195/04/COL ta’ l-14 ta’ Lulju 2004 (48).
L-awtoritajiet Norveġiżi għalhekk qed jintalbu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jirkupraw kwalunkwe għajnuna inkompatibbli li ngħatat fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT u li jinformaw lill-Awtorità b’dan fi żmien xahrejn.
L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jemendaw l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT b’effett immedjat sabiex jeskludu li tingħata għajnuna mill-Istat. Fi żmien xahrejn, għandhom jinformaw lill-Awtorità bl-emendi leġiżlattivi meħtieġa li wettqu.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat mogħtija b’konnessjoni ma’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT, li ġie implimentat mill-awtoritajiet Norveġiżi, mhix kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.
Artikolu 2
In-Norveġja għandha temenda l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT b’effett immedjat sabiex ikun eskluż li tingħata għajnuna mill-Istat.
Artikolu 3
L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jirkupraw l-għajnuna li tissemma fl-Artikolu 1 mingħand kwalunkwe intrapriża benefiċjarja.
Artikolu 4
L-irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u skond il-proċeduri tad-dritt nazzjonali sakemm dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax u l-imgħax kompost mid-data minn meta l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta’ meta tiġi rkuprata. L-imgħax għandu jiġi kalkulat fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 9 u 11 tad-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 195/04/COL.
Artikolu 5
L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jinformaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-passi li ħadu sabiex jikkonformaw magħha.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.
Artikolu 7
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Mejju 2007.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA,
Bjørn T. GRYDELAND
President
Kurt JÄGER
Membru tal-Kulleġġ
(1) Minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ l-Awtorità.
(2) Minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.
(3) Minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
(4) Il-Linji ta’ Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 fil-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li ġew adottati u nħarġu mill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil-ĠU 1994 L 231, is-Supplimenti taż-ŻEE tat-03.09.94 Nru 32. Il-Linji ta’ Gwida kienu emendati l-aħħar fis-7 ta’ Frar 2007. Minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
(5) Ippubblikata fil-ĠU C 305 ta’ l-14.12.2006 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 62 ta’ l-14.12.2006, p. 1.
(6) L-Att Nru 108 tat-12 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kumpens għall-VAT lill-awtoritajiet lokali u reġjonali (Lov om kompensasjon av merverdiavgift for kommuner, fylkeskommuner mv). Minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ l-“Att dwar il-Kumpens għall-VAT”.
(7) Għal aktar dettalji ara d-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 225/06/COL, li ġiet ippubblikata fil-ĠU C 305 ta’ l-14.12.2006.
(8) L-Artikolu 10(1) fil-Kapitolu III ta’ l-Att dwar il-VAT. F’dan ir-rigward ara l-Kapitolu IV b’konnessjoni mal-Kapitolu I ta’ l-Att dwar il-VAT.
(9) L-Artikolu 21 fil-Kapitolu VI ta’ l-Att dwar il-VAT.
(10) Qed issir referenza għall-Artikolu 5 ta’ l-Att dwar il-VAT li jistabbilixxi li l-bejgħ ta’ ċerti entitajiet bħall-mużewijiet, it-teatri, l-assoċjazzjonijiet mhux bi qligħ, eċċ., huwa eżentat mill-applikazzjoni tal-VAT. L-Artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar il-VAT jiddikjara li l-Ministeru tal-Finanzi jista’ joħroġ regolamenti li jiddelimitaw u jissuplimentaw id-dispożizzjonijiet fl-ewwel subartikolu u jista’ jistipula li n-negozji msemmija fl-ewwel subartikolu, 1(f) minkejja kollox għandhom jikkalkulaw u jħallsu t-taxxa ta’ l-output jekk l-eżenzjoni ġġib distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni b’relazzjoni ma’ negozji reġistrati oħra li jipprovdu oġġetti u servizzi ekwivalenti.
(11) Ara l-Artikolu 5(b) ta’ l-Att dwar il-VAT.
(12) L-akkwist “intern” (in-house) ma jitqiesx bħala tranżazzjoni taxxabbli għal finijiet ta’ VAT.
(13) L-Att Nru 107 tal-25 ta’ Settembru 1992 dwar il-Gvern Lokali (Lov om kommuner og fylkeskommuner).
(14) L-Att Nru 64 tas-17 ta’ Ġunju 2005 dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kura Matul il-Jum (Lov om barnehager).
(15) Għal spjegazzjoni aktar dettaljata dwar il-funzjonament tas-sistema tal-VAT fin-Norveġja, ara t-Taqsima I.2 “Il-qafas legali dwar il-VAT u l-kumpens għall-VAT fin-Norveġja” tad-Deċiżjoni Nru 225/06/COL, p. 2.
(16) Norges Offentlige Utredinger (NOU) 2003: 3, Merverdiavgiften og kommunene, Konkurransevridninger mellom kommuner og private (minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ir-“rapport ta’ Rattsø”).
(17) Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, p. 76, paragrafu 34; Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL u oħrajn u In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [2005] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, p. 121, paragrafu 76; Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1974] ECR 709, paragrafu 13; u Kawża C-241/94 Franza vs Il-Kummissjoni [1996] ECR I-4551, paragrafu 20.
(18) Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavlov u oħrajn [2000] ECR I-6451, paragrafu 75.
(19) Kawża C-41/90 Höfner u Elser [1991] ECR I-1979, paragrafu 21.
(20) Kawża E-2/05 L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA vs L-Iżlanda [2005] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, p. 202, paragrafu 24.
(21) Kawża C–387/92 Banco Exterior de España [1994] ECR I-877, paragrafu 11.
(22) Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d'Assurance u oħrajn [1995] ECR I-4013, paragrafu 21; u Kawża 78/76 Steinike & Weinlig [1977] ECR 595, paragrafu 1.
(23) Kawża 78/76 Steinike & Weinlig, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafu 24, Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni [1998] ECR II-717, paragrafu 54.
(24) Fit-Taqsima II.2.1 tad-Deċiżjoni Nru 225/06/COL, l-Awtorità vvalutat li l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT huwa skema ta’ għajnuna. Qed issir referenza għal dik il-valutazzjoni.
(25) Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL u oħrajn u In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, iċċitati aktar ’il fuq, paragrafi 76 u 78-79; Kawża C-301/87 Franza vs Il-Kummissjoni [1990] ECR I-307, paragrafu 41.
(26) Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafu 38; Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL u oħrajn u In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafi 84-85; Kawżi Magħquda T-127/99, T-129/99 u T-148/99 Territorio Histórico de Alava u oħrajn vs Il-Kummissjoni [2002] ECR II-1275, paragrafu 163, Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline [2001] ECR I-8365, paragrafu 42; Kawża T-308/00 Salzgitter vs Il-Kummissjoni [2004] ECR II-1933 paragrafu 42, Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser [2005] ECR I-1627, paragrafu 43.
(27) Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, p. 76, paragrafu 38; Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL u oħrajn u In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, iċċitati aktar ’il, paragrafi 76-89; Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1974] ECR 709, paragrafu 16.
(28) Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser, iċċitata aktar ’il fuq.
(29) Kawża C-159/01 L-Olanda vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-4461, paragrafu 51.
(30) Kawża C-298/00 P L-Italja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-4087, paragrafu 49, u Kawża C-372/97 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3679, paragrafu 44.
(31) Kawża T-171/02 Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni [2005] ECR II-2123, paragrafu 102; Kawża 248/84 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [1987] ECR 4013, paragrafu 18; Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] ECR I-3671, paragrafu 48; u Kawża C-278/00 Il-Greċja vs Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3997, paragrafu 24.
(32) Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafu 57 u Kawża E-2/05 L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA vs L-Iżlanda [2005] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, p. 202, paragrafu 24.
(33) Kawżi Magħquda T-298/97-T-312/97 u oħrajn, Alzetta u oħrajn vs Il-Kummissjoni [2000] ECR II-2319, paragrafi 76-78.
(34) Kawża C-71/04 Administración del Estado vs Xunta de Galicia [2005] ECR I-7419, paragrafu 41; Kawża C-280/00 Altmark Trans [2003] ECR I-7747, paragrafu 81; Kawżi Magħquda C-34/01 sa C-38/01 Enirisorse [2003] ECR I-14243, paragrafu 28; Kawża C-142/87 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (“Tubemeuse”) [1990] ECR I-959, paragrafu 43; Kawżi Magħquda C-278/92 sa C-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 42.
(35) Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafu 59; Kawża C-303/88 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1991] ECR I-1433, paragrafu 27; Kawżi Maqgħuda C-278/92 sa C-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 40, Kawża C-280/00 Altmark Trans, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafu 78.
(36) Kawża C-280/00 Altmark Trans, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafu 77; Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser [2005] ECR I-1627, paragrafu 33; Kawża C-71/04 Administración del Estado vs Xunta de Galicia [2005] ECR I-7419, paragrafu 40.
(37) Kawża C-280/00 Altmark Trans [2003] ECR I-7747, paragrafu 81, Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser [2005] ECR I-1627, paragrafu 32.
(38) Kawża E 6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, iċċitata aktar ’il fuq, paragrafu 59; Kawża 730/79 Philip Morris vs Il-Kummissjoni [1980] ECR 2671, paragrafu 11.
(39) L-Artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Kumpens għall-VAT jintroduċi xi limitazzjoni għall-possibbiltà li jingħata kumpens.
(40) Ippubblikata fil-ĠU L 312 tad-29.11.2005, p. 67.
(41) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi fdati bit-twettiq ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kien inkorporat fl-Anness XV għall-Ftehim taż-ŻEE bħala l-punt 1(h) tad-Deċiżjoni Nru 91/2006 (ĠU No L 289, 19.10.2006, p. 31 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 52, 19.10.2006, p. 24), e.i.f. 8.7.2006.
(42) Punt 15.
(43) Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser, iċċitata aktar ’il fuq.
(44) Kawża C-475/99, Firma Ambulanz Glöckner vs Landkreis Südwestpfalz [2001] ECR I-8089.
(45) Kawża C-350/93 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1995] ECR I-699, paragrafu 22.
(46) Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] ECR I-3671, paragrafu 66, u Kawża C-310/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2002] ECR I-2289, paragrafu 99.
(47) Kawża C-169/95 Spanja vs Il-Kummissjoni [1997] ECR I-135, paragrafu 51.
(48) Ippubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26 tal-25.05.2006, p. 1.
Corrigendum
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/47 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/649/KE tat-3 ta' Lulju 2008 li taċċetta mpenn offrut b’konnessjoni mal-proċediment tal-anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tat-taħlit tal-urea u tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 213 tat-8 ta' Awwissu 2008 )
F’paġna 41, fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/649/KE:
minflok:
“Open Joint Stock Company (OJSC) Mineral and Chemical Company “Eurochem”, membru tal-grupp ta’ kumpaniji Eurochem, Moska, ir-Russja, għall-merkanzija prodotta mill-kumpanija relatata tagħha OJSC NAK Azot, Novomoskovsk, ir-Russja, jew mill-kumpanija relatata tagħha OJSC Nevinnomyssky Azot, Nevinnomyssk, ir-Russja, kemm jekk mibjugħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità jew l-istess merkanzija mibjugħa minn Eurochem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità”;
aqra:
“Prodotti mill-Open Joint Stock Company (OJSC) “Azot”, Novomoskovsk, ir-Russja, jew Open Joint Stock Company (OJSC) “Nevinnomyssky Azot”, Nevinnomyssk, ir-Russja, u jew mibjugħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità jew mill-EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera jew permezz tal-Kumpanija Open Joint Stock (OJSC) Kumpanija tal-Minerali u l-Kimika “EuroСhem”, Moska, ir-Russja u l-EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità”.
18.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 249/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.