VAT bejn il-fruntieri

Jekk in-negozju tiegħek hu bbażat fl-UE, għandek obbligi differenti tal-VAT skont fejn minn fejn tixtri jew tbigħ, u jekk intix tinnegozja f'oġġetti jew f'servizzi.

Pereżempju, jekk tbigħ prodott lil negozju reġistrat fis-sistema tal-VAT tal-UE li jopera f'pajjiż ieħor tal-UE, int ma żżommx VAT fuq dak il-bejgħ. Jekk l-istess prodott jinbiegħ lill-konsumatur finali fl-UE, għandu mnejn jeħtieġlek iżżomm il-VAT bir-rata applikabbli fil-pajjiż tagħhom.

Skopri aktar dwar ir-regoli li jaffettwawk billi tuża l-opzjonijiet hawn taħt.

Nixtieq niskopri aktar dwar il-VAT bejn il-fruntieri

Bejgħ ta' oġġetti lin-negozji bbażati f'pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tbigħ oġġetti lil negozju ieħor u dawn l-oġġetti jintbagħtu f'pajjiż ieħor tal-UE, iżżommx VAT - jekk il-klijent ikollu numru tal-VAT tal-UE validu.

  • Iċċekkja li l-klijent ikollu numru tal-VAT tal-UE en

Tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħal oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

Jekk il-klijent ma għandux numru tal-VAT tal-UE validu, normalment għandek iżżomm il-VAT fuq il-bejgħ bir- rata applikabbli f'pajjiżek.

Twissija

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijiet de en fr importanti għar-regoli.

Bejgħ ta' oġġetti lill-konsumatur finali f'pajjiż ieħor tal-UE

Il-limitu tal-VAT ta' €10 000 japplika għall-bejgħ mill-bogħod għall-klijenti fl-UE. Taħt dan l-ammont, is-servizzi tat-TBE (telekomunikazzjonijiet, xandir u elettroniċi) u l-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti fl-UE jistgħu jkunu soġġetti għall-VAT fil-pajjiż tal-UE fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilita.

Jekk int bejjiegħ online, inkluż fi swieq u pjattaformi online, tista' tirreġistra f'pajjiż wieħed tal-UE għad-dikjarazzjoni u l-ħlas tal-VAT fuq il-bejgħ mill-bogħod kollu ta' oġġetti u provvisti transfruntiera ta' servizzi lill-klijenti fl-UE.

Twissija

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijiet de en fr importanti għar-regoli.

Barra minn hekk, jeżistu regoli speċjali jekk qed tbigħ oġġetti soġġetti għas-sisa jew mezzi ġodda ta' trasport, bħall-karozzi, dgħajjes jew inġenji tal-ajru.

Bejgħ ta' servizzi lin-negozji bbażati f'pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tbigħ servizzi lin-negozji bbażati f'pajjiż ieħor tal-UE normalment ma jeħtiġlekx iżżomm VAT lill-klijieti tiegħi. Il-klijenti tiegħek iħallsu l-VAT fuq servizzi rċevuti bir-rata applikabbli f'pajjiżhom (bl-użu tal-proċedura tar-reverse charge).

Tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħal oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

Twissija

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijiet de en fr importanti għar-regoli.

Bejgħ ta' servizzi lill-konsumatur finali f'pajjiż ieħor tal-UE

Normalment għandek iżżomm il-VAT mingħand il-klijenti bir- rata li tapplika f'pajjiżek, ħlief għas- servizzi elettroniċi, tat-telekomunikazzjoni u tax-xandir li dejjem jiġu ntaxxati fil- pajjiż tal-klijent (fejn persuna privata għandha indirizz permanenti jew tgħix normalment jew fejn persuna mhux taxxabbli tkun stabbilita).

Twissija

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijiet de en fr importanti għar-regoli.

Xiri online minn pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tixtri u tirċievi oġġetti għal skopijiet ta' negozju minn pajjiż ieħor tal-UE, għandek tiddikkjara u tħallas il-VAT fuq it-tranżazzjoni daqslikieku inti begħt l-oġġetti int stess, bir- rata applikabbli f'pajjiżek.

Normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

Twissija

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijiet de en fr importanti għar-regoli.

Xiri ta' servizzi minn pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tixtri u tirċievi servizzi għal skopijiet ta' negozju minn pajjiż ieħor tal-UE , għandek tiddikkjara u tħallas il-VAT fuq it-tranżazzjoni daqslikieku begħt is-servizzi int stess, bir- rata applikabbli f'pajjiżek (bl-użu tal-proċedura tar-reverse charge).

Normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

Twissija

Kun af li jeżistu diversi eċċezzjonijiet de en fr importanti għar-regoli.

Dawn ir-regoli tal-VAT għandhom ikunu applikati mal-UE kollha, madankollu r-regoli ma japplikawx għat-territorji li ġejjin li jappartjenu jew huma marbutin mal-pajjiżi membri.

  • Il-Gżejjer Åland
  • Id-dipartimenti Francizi extra-Ewropej fr
  • It-territorju ta' Büsingen
  • Il-gżira ta' Heligoland
  • Mount Athos
  • Campione d'Italia
  • L-ilmijiet tal-Italja tal-Lag ta' Lugano
  • Livigno
  • il-Gżejjer Kanarji
  • Ceuta
  • Melilla

Kun af li r-regoli tal-VAT tal-UE ma japplikawx għall-postijiet li ġejjin barra l-UE:

  • Monako

Bejgħ ta' oġġetti lill-klijenti barra l-UE

Jekk tbigħ oġġetti lill-klijienti barra l-UE, ma żżommx VAT. Madankollu, tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħall-oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

Bejgħ ta' servizzi lill-klijenti barra l-UE

Jekk tipprovdi servizzi lill-klijienti barra l-UE, normalment ma żżommx VAT. Madankollu, jekk is-servizz jintuża f'pajjiż ieħor tal-UE, dak il-pajjiż jista' jiddeċiedi li jżomm il-VAT.

Tista' xorta waħda tnaqqas il-VAT li ħallast għal spejjeż relatati, bħal oġġetti jew servizzi mixtrijin b'mod speċifiku biex tagħmel dak il-bejgħ.

Xiri ta' oġġetti barra l-UE

Jekk tixtri oġġetti għall-użu tan-negozju minn fornitur ibbażat barra l-UE, għandek b'mod ġenerali tħallas il-VAT fil-punt tal-importazzjoni. de en fr

Jekk tagħmel bejgħ intaxxat, normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

Xiri ta' servizzi barra l-UE

Jekk tirċievi servizzi għall-finijiet ta' negozju mingħand fornitur ibbażat barra l-UE, normalment għandek tħallas il-VAT bir- rata applikabbli f'pajjiżek, bħallikieku kont fornejt is-servizz int stess (b'użu tal-proċedura tar-reverse charge).

Normalment tista' tnaqqas dan l-ammont aktar tard meta timla d-dikjrazzjoni tal-VAT tiegħek.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 12/09/2022
Ikkondividi din il-paġna
  翻译: