Aqbeż għall-kontentut

Kampnari tal-Belġju u ta' Franza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Kampnar ta' Bruges

Il-Kampnari tal-Belġju u ta' Franza huma grupp ta' 56 binja storika li ġew iddeżinjati kollha f'daqqa bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO[1], bħala rikonoxximent tal-kampnari ċiviċi (iktar milli tal-knisja) li jservu bħala manifestazzjoni arkitettonika tal-indipendenza ċivika emerġenti mill-influwenzi fewdali u reliġjużi fl-eks Kontea tal-Fjandri (illum il-ġurnata ż-żona Franċiża tal-Fjandri fi Franza u r-reġjun tal-Fjandri tal-Lvant u tal-Fjandri tal-Punent fil-Belġju) u f'żoni ġirien li fl-imgħoddi kienu proprjetà tal-familja Bourgogne (illum il-ġurnata l-Wallonja, fil-Belġju).

Għalkemm il-lista ta' kampnari l-iktar li fiha huma strutturi ta' torrijiet ta' kampnari ċiviċi, tinkludi sitt torrijiet ta' kampnari tal-knisja Belġjani (ara l-katidrali, il-knejjes u l-bażiliki fil-lista ta' hawn taħt) bil-pretest li kienu ntużaw ukoll bħala torrijiet tal-għassa jew torrijiet tal-allarm.

Il-biċċa l-kbira tal-istrutturi f'din il-lista huma torrijiet li joħorġu minn binjiet ikbar. Madankollu, ftit minnhom huma strutturi individwali, u minnhom, ftit huma torrijiet li nbnew mill-ġdid li fl-imgħoddi kienu kollegati ma' binjiet maġenbhom. Kampnar notevoli li mhux parti minn din il-lista huwa t-torri tal-Muniċipju ta' Brussell, iżda proprjament mhuwiex kampnar. Il-kampnar oriġinali ta' Brussell kien jinsab ħdejn il-Knisja ta' San Nikola, sakemm iġġarraf fl-1714.[2] Minkejja dan, il-Muniċipju ta' Brussell huwa parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-Grand-Place ta' Brussell.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Mappa tal-Kampnari tal-Belġju u ta' Franza

Is-Sit ta' Wirt Dinji oriġinarjament kien imsejjaħ il-Kampnari tal-Fjandri u tal-Wallonja fl-1999, b'lista ta' 32 kampnar f'dawk iż-żewġ reġjuni tal-Belġju.[1] Fl-2005, il-lista ġiet estiża u s-sit beda jissejjaħ bl-isem attwali, biż-żieda ta' 23 kampnar ieħor mir-reġjuni ta' Nord-Pas-de-Calais u ta' Picardy fil-Grigal ta' Franza, u l-kampnar ta' Gembloux fil-Wallonja, il-Belġju.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Lista tal-kampnari

[immodifika | immodifika s-sors]
Isem u post Muniċipalità Provinċja (BE) /

Dipartiment (FR)

Reġjun Pajjiż Sena tat-tniżżil fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji ID tal-UNESCO
Schepenhuis, Aalst – Kampnar u (Eks) Muniċipju

50°56′19″N 4°02′19″E / 50.938678°N 4.038526°E / 50.938678; 4.038526

Aalst Fjandri tal-Lvant Fjandri Belġju 1999 943-001
Il-Katridral tal-Madonna ta' Anversa

51°13′14″N 4°24′02″E / 51.220468°N 4.400605°E / 51.220468; 4.400605

Anversa Anversa Fjandri Belġju 1999 943-002
Muniċipju ta' Anversa

51°13′17″N 4°23′51″E / 51.221268°N 4.397624°E / 51.221268; 4.397624

Anversa Anversa Fjandri Belġju 1999 943-003
Il-kampnar Hallentoren u s-swali ta' Bruges

51°12′30″N 3°13′29″E / 51.208197°N 3.224737°E / 51.208197; 3.224737

Bruges Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-004
Muniċipju bil-Kampnar ta' Dendermonde

51°01′52″N 4°05′55″E / 51.031134°N 4.098594°E / 51.031134; 4.098594

Dendermonde Fjandri tal-Lvant Fjandri Belġju 1999 943-005
Muniċipju u Kampnar ta' Diksmuide

51°02′01″N 2°51′52″E / 51.033716°N 2.864579°E / 51.033716; 2.864579

Diksmuide Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-006
Muniċipju u Kampnar ta' Eeklo

51°11′05″N 3°33′59″E / 51.184636°N 3.566344°E / 51.184636; 3.566344

Eeklo Fjandri tal-Lvant Fjandri Belġju 1999 943-007
Kampnar, Sala tat-Tessuti u l-Mammelokker ta' Gent

51°03′13″N 3°43′29″E / 51.053656°N 3.724762°E / 51.053656; 3.724762

Gent Fjandri tal-Lvant Fjandri Belġju 1999 943-008
Eks Muniċipju u Sala tat-Tessuti ta' Herentals

51°10′37″N 4°50′11″E / 51.176952°N 4.836261°E / 51.176952; 4.836261

Herentals Anversa Fjandri Belġju 1999 943-009
Sala tat-Tessuti u Kampnar ta' Ypres

50°51′04″N 2°53′08″E / 50.851184°N 2.885451°E / 50.851184; 2.885451

Ypres Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-010
Kampnar ta' Kortrijk

50°49′39″N 3°15′56″E / 50.827630°N 3.265595°E / 50.827630; 3.265595

Kortrijk Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-011
Kampnar u Torri tal-Knisja ta' San Pietru

50°52′47″N 4°42′03″E / 50.879720°N 4.700785°E / 50.879720; 4.700785

Leuven Brabant Fjamming Fjandri Belġju 1999 943-012
Muniċipju u Kampnar ta' Lier

51°07′52″N 4°34′12″E / 51.131173°N 4.569896°E / 51.131173; 4.569896

Lier Anversa Fjandri Belġju 1999 943-013
Muniċipju u Kampnar ta' Lo-Reninge

50°58′50″N 2°44′58″E / 50.980598°N 2.749339°E / 50.980598; 2.749339

Lo-Reninge Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-014
Sala Antika tat-Tessuti u Kampnar (issa parti mill-kumpless tal-Muniċipju modern)

51°01′41″N 4°28′53″E / 51.027948°N 4.481269°E / 51.027948; 4.481269

Mechelen Anversa Fjandri Belġju 1999 943-015
Kampnar tal-Katidral ta' San Rumbolds

51°01′44″N 4°28′42″E / 51.028772°N 4.478210°E / 51.028772; 4.478210

Mechelen Anversa Fjandri Belġju 1999 943-016
Muniċipju u Kampnar ta' Menen

50°47′46″N 3°07′14″E / 50.796109°N 3.120626°E / 50.796109; 3.120626

Menen Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-017
Sala tas-Suq jew Stadshalle bil-Kampnar ta' Nieuwpoort

51°07′45″N 2°45′08″E / 51.129297°N 2.752118°E / 51.129297; 2.752118

Nieuwpoort Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-018
Muniċipju u Kampnar ta' Oudenaarde

50°50′38″N 3°36′14″E / 50.843835°N 3.603841°E / 50.843835; 3.603841

Oudenaarde Fjandri tal-Lvant Fjandri Belġju 1999 943-019
Muniċipju, Sala tas-Suq, u Kampnar ta' Roeselare

50°56′41″N 3°07′28″E / 50.944680°N 3.124362°E / 50.944680; 3.124362

Roeselare Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-020
Muniċipju u Kampnar ta' Sint-Truiden

50°48′56″N 5°11′10″E / 50.815570°N 5.186119°E / 50.815570; 5.186119

Sint-Truiden Limburg Fjandri Belġju 1999 943-021
Il-kampnar Hallentoren, is-Sala tat-Tessuti u s-Sala tal-Aldermen

51°00′02″N 3°19′37″E / 51.000471°N 3.327031°E / 51.000471; 3.327031

Tielt Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-022
Knisja ta' San Germanus u l-Kampnar

50°48′21″N 4°56′20″E / 50.805921°N 4.939013°E / 50.805921; 4.939013

Tienen Brabant Fjamming Fjandri Belġju 1999 943-023
Kampnar tal-Bażilika tal-Madonna ta' Tongeren u Stadstoren (Torri tal-Belt)

50°46′51″N 5°27′52″E / 50.780857°N 5.464398°E / 50.780857; 5.464398

Tongeren Limburg Fjandri Belġju 1999 943-024
Landhuis, l-eks sede tal-Viskont ta' Veurne-Ambacht) u l-Kampnar

51°04′22″N 2°39′42″E / 51.072884°N 2.661568°E / 51.072884; 2.661568

Veurne Fjandri tal-Punent Fjandri Belġju 1999 943-025
Knisja u Kampnar ta' San Leonard

50°50′00″N 5°06′11″E / 50.833318°N 5.103024°E / 50.833318; 5.103024

Zoutleeuw Brabant Fjamming Fjandri Belġju 1999 943-026
Kampnar tal-Muniċipju ta' Binche

50°24′39″N 4°09′56″E / 50.410750°N 4.165543°E / 50.410750; 4.165543

Binche Hainaut Wallonja Belġju 1999 943-027
Kampnar tal-Muniċipju ta' Charleroi

50°24′45″N 4°26′38″E / 50.412537°N 4.443887°E / 50.412537; 4.443887

Charleroi Hainaut Wallonja Belġju 1999 943-028
Kampnar ta' Mons

50°27′15″N 3°57′00″E / 50.454110°N 3.949976°E / 50.454110; 3.949976

Mons Hainaut Wallonja Belġju 1999 943-029
Kampnar ta' Namur

50°27′50″N 4°52′01″E / 50.463890°N 4.867062°E / 50.463890; 4.867062

Namur Namur Wallonja Belġju 1999 943-030
Kampnar ta' Thuin

50°20′23″N 4°17′15″E / 50.339637°N 4.287541°E / 50.339637; 4.287541

Thuin Hainaut Wallonja Belġju 1999 943-031
Kampnar ta' Tournai

50°36′21″N 3°23′17″E / 50.605812°N 3.388005°E / 50.605812; 3.388005

Tournai Hainaut Wallonja Belġju 1999 943-032
Kampnar tal-Muniċipju ta' Armentières

50°41′11″N 2°52′57″E / 50.68645°N 2.8824°E / 50.68645; 2.8824

Armentières Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-033
Kampnar tal-Muniċipju ta' Bailleul

50°44′23″N 2°44′04″E / 50.7397°N 2.7344°E / 50.7397; 2.7344

Bailleul Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-034
Kampnar ta' Bergues

50°58′05″N 2°25′58″E / 50.9680°N 2.4327°E / 50.9680; 2.4327

Bergues Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-035
Kampnar ta' San Martin

50°10′27″N 3°13′56″E / 50.1742°N 3.232127°E / 50.1742; 3.232127

Cambrai Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-036
Kampnar tal-Muniċipju ta' Comines

50°45′55″N 3°00′26″E / 50.7653°N 3.0072°E / 50.7653; 3.0072

Comines Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-037
Kampnar tal-Muniċipju ta' Douai

50°22′04″N 3°04′50″E / 50.3679°N 3.0805°E / 50.3679; 3.0805

Douai Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-038
Kampnar ta' Dunkirk

51°02′08″N 2°22′35″E / 51.0356°N 2.3763°E / 51.0356; 2.3763

Dunkirk Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-039
Kampnar tal-Muniċipju ta' Dunkirk

51°02′15″N 2°22′36″E / 51.0376°N 2.3768°E / 51.0376; 2.3768

Dunkirk Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-040
Kampnar ta' Gravelines

50°59′12″N 2°07′34″E / 50.9868°N 2.1261°E / 50.9868; 2.1261

Gravelines Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-041
Kampnar tal-Muniċipju ta' Lille

50°37′50″N 3°04′11″E / 50.6306°N 3.0698°E / 50.6306; 3.0698

Lille Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-042
Kampnar tal-Muniċipju ta' Loos

50°36′54″N 3°00′53″E / 50.61507°N 3.01477°E / 50.61507; 3.01477

Loos Nord Hauts-de-France Franza 2005 943-043
Kampnar tal-Muniċipju ta' Aire-sur-la-Lys

50°38′19″N 2°23′47″E / 50.6385°N 2.3963°E / 50.6385; 2.3963

Aire-sur-la-Lys Pas-de-Calais Hauts-de-France Franza 2005 943-044
Kampnar tal-Muniċipju ta' Arras

50°17′28″N 2°46′37″E / 50.2911°N 2.7770°E / 50.2911; 2.7770

Arras Pas-de-Calais Hauts-de-France Franza 2005 943-045
Kampnar ta' Béthune

50°31′52″N 2°38′21″E / 50.5310°N 2.6392°E / 50.5310; 2.6392

Béthune Pas-de-Calais Hauts-de-France Franza 2005 943-046
Kampnar tal-Muniċipju ta' Boulogne-sur-Mer

50°43′30″N 1°36′48″E / 50.7250°N 1.6132°E / 50.7250; 1.6132

Boulogne-sur-Mer Pas-de-Calais Hauts-de-France Franza 2005 943-047
Kampnar tal-Muniċipju ta' Calais

50°57′10″N 1°51′15″E / 50.9529°N 1.8542°E / 50.9529; 1.8542

Calais Pas-de-Calais Hauts-de-France Franza 2005 943-048
Kampnar tal-Muniċipju ta' Hesdin

50°22′23″N 2°02′11″E / 50.3730°N 2.0363°E / 50.3730; 2.0363

Hesdin Pas-de-Calais Hauts-de-France Franza 2005 943-049
Kampnar ta' Abbeville

50°06′26″N 1°49′58″E / 50.1073°N 1.8329°E / 50.1073; 1.8329

Abbeville Somme Hauts-de-France Franza 2005 943-050
Kampnar ta' Somme

49°53′44″N 2°17′46″E / 49.8955°N 2.2960°E / 49.8955; 2.2960

Amiens Somme Hauts-de-France Franza 2005 943-051
Kampnar tal-eks Muniċipju ta' Doullens

50°09′19″N 2°20′28″E / 50.1554°N 2.3410°E / 50.1554; 2.3410

Doullens Somme Hauts-de-France Franza 2005 943-052
Kampnar fuq dak li fadal minn Bieb il-Belt ta' Lucheux

50°11′50″N 2°24′40″E / 50.1971°N 2.4112°E / 50.1971; 2.4112

Lucheux Somme Hauts-de-France Franza 2005 943-053
Kampnar ta' Rue

50°16′21″N 1°40′07″E / 50.2725°N 1.6687°E / 50.2725; 1.6687

Rue Somme Hauts-de-France Franza 2005 943-054
Kampnar ta' Saint-Riquier

50°08′03″N 1°56′47″E / 50.1342°N 1.9464°E / 50.1342; 1.9464

Saint-Riquier Somme Hauts-de-France Franza 2005 943-055
Kampnar ta' Gembloux

50°33′39″N 4°41′35″E / 50.560799°N 4.692968°E / 50.560799; 4.692968

Gembloux Namur Wallonja Belġju 2005 943-056
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Belfries of Belgium and France". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-25.
  2. ^ "IL Y EUT POURTANT DES PROJETS DE RECONSTRUCTION AUX SIECLES PASSES OH EFFROI BRUXELLES EST SANS BEFFROI". Le Soir (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-25. Miġbur 2022-02-25.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "La Grand-Place, Brussels". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-25.
  4. ^ "World Heritage Photos - Belfries of Belgium and France". www.werelderfgoedfotos.nl. Miġbur 2022-02-25.
  翻译: