Aqbeż għall-kontentut

Qamar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Qamar ☾
Parametri Orbitali
Periġew 363 104 km
Apoġew 405 696 km
Raġġ Ekwatorjali 1 738.14 km (0.273 tal-Art)
Volum 2.195 8 × 1010 km3 (0.020 tal-Art)
Massa 7.347 7 × 1022 kg (0.012 3 tal-Art)
Densità Medja 3 346.4 g/cm3
Arja tas-Superfiċi 3.793 × 107 km2(0.074 tal-Art)
Gravità fl-Ekwatur 1.622 m/s2 (0.165 4 g)
Velocità tal-Ħarba 2.38 m/s
Jum Siderali siegħa
Inklinazzjoni Assjali °
Temperatura tas-Superfiċi
min media max
185 K 287 K 331 K
Pressjoni Atmosferika superf. 1 bar
Karatteristiċi Orbitali
Distanza medja mix-Xemx km (= 1 UA)
L-Eqreb Punt km
Afelju km
Perjodu orbitali siderali jiem tal-Art
Velocità orbitali medja m/s
Eċċentriċità orbitali 0.054
Inklinazzjoni Orbitali fuq l-Eklittika °
Ċirkonferenza Orbitali km
Satelliti Naturali
Satellita Naturali tax-Xemx
Kompożizjoni Atmosferika
Ażotu %
Ossiġenu %
Argu %
Diossidu tal-karbonju

Fwar tal-ilma

Il-qamar huwa l-unika satellita naturali tad-dinja. Jorbita l-pjaneta tagħna minn 350,000 għal 400,000 km; jakkumpanja d-dinja fit-tidwir madwar l-istilla tax-xemx. Ġieli jissejjaħ Luna (mill-kelma Latina għal qamar), jew Selene. Is-simbolu tal-qamar hu nofs qamar (Unicode: ☾). Minbarra l-kelmtejn qamri u lunari, it-termini Selene/Seleno- u Ċinzjan (ismijiet l-allat Selene u Ċinzja) jirreferu wkoll għall-qamar (aposelene, selenoċentriku, selenografija, periċinzjan, eċċ.). Id-dijametru tal-qamar huwa madwar kwart ta’ dak tad-dinja. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejħa qmura bħall-qamar terrestri. Il-qamar huwa l-uniku korp ċelesti (barra d-dinja) li fuqu rifes il-bniedem.

Xi dettalji tas-sistema Art-Qamar. Barra r-radju ta' kull oġġett, jintwera wkoll ir-radju mill-bariċentru Art-Qamar. Xbiegħat minn NASA. Informazzjoni minn NASA. Il-Pjaneti m'humiex sferi u l-orbiti m'humiex ċrieki perfetti, għalhekk in-numri huma biss indikattivi. Il-pjan orbitali tal-Qamar jippreċedi madwar l-Art f' ċiklu ta' 18.6-il sena. L-assi tiegħu jinstab mit-Tielet Liġi ta' Cassini.

Struttura u kompożizzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja li ħafna iżgħar mill-pjaneti l-oħra, il-qamar jista' jitqies bħala terrestri. Jista' jkun li għandu qalba solida tal-ħadid, inqas minn 360 km. Fuq din il-qalba nsibu l-mantell, li jesa' madwar id-90% tal-volum tas-satellita. In-nuqqas ta' qalba fluwida jispjega għala l-qamar għandu kamp manjetiku dgħajjef. Il-krosta tvarja fil-ħxuna minn ftit għexieren ta' kilometri taħt il-marja għal aktar minn 100 km fl-għoljiet. Fejn hemm fondoq, il-krosta tant iddgħajfet minn taħt li l-mantell tqabbeż 'il barra u kisser qiegħ il-fondoq. F'dawn il-punti, il-materjal tal-mantell l-iżjed dens jipproduċi il-flutwazzjonijiet fil-kamp gravitazzjonali; dawn ir-reġjuni ta' gravità ogħla huma magħrufa bħala konmas.

Fl-atmosfera lunari nstabu l-gassijiet elju, neon, argon, u radon. Billi kważi m'għandux atmosfera, m'hemm l-ebda tip ta' tħassir fuq is-superfiċi lunari. Il-qamar mhux protett la mir-riħ solari u lanqas mill-impatti mikrometeoritiċi.

Minħabba n-nuqqas ta' atmosfera, is-superfiċi qamrija tbati minn temperaturi estremament baxxi billejl u temperaturi estremament għoljin matul il-jum. Jingħad li fil-pol tan-Nofsinhar-Fondoq Aitken (l-ikbar u l-iktar fondoq għoli magħruf fis-Sistema Solari kollha) jistgħu jeżistu xi ammonti ċkejkna ta' ilma ffriżat; id-dawl tax-xemx qatt ma mess il-pol tan-Nofsinhar-Fondoq Aitken.

Għamlet wiċċ il-qamar

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta nħarsu lejn il-qamar minn din id-dinja mingħajr strumenti ottiċi, nilmħu reġjuni skuri li huma l-marja (singular mare; bil-Malti, ibħra), imħalltin u mferrxin ma' reġjuni oħra aktar ċari. Kien darba maħsub li dawn il-marja kienu ibħra likwidi iżda t-teleskopji wrew li huma arji ta' lava bażaltika. L-iktar fattizzi ovvji tal-qamar huma l-krateri tal-impatti. Dawn ivarjaw minn ħofor żgħar magħmula minn mikrometeoriti għall-ikbar fondoq ta' 'l fuq minn elf kilometru.

Il-materjal li nbeżaq mill-impatti ħoloq krateri oħra sekondarji. Xi krateri għandhom kisja tal-eġekta (materjal) li jifraq għal mijiet ta' kilometri mill-punt tal-impatt. Il-muntanji u l-għoljiet biswit il-ħofor iffurmaw minn boċoċ enormi ta' eġekta li ħarġu mill-impatti prinċipali.

Ħafna mill-krateri huma ċirkulari; minn hawn nindunaw li l-materjal mill-ispazju miftuħ li kkawża l-impatti ġie ivvaporizzat u kienet din ir-raġuni li xi krateri ġew imħaffra.

Għamliet vulkaniċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Apparti mill-krateri tal-impatti, fuq il-qamar insibu wkoll ħofor li ġew magħmula minn attività vulkanika kmieni fl-istorja qamrija. Fost dawn il-fondoqijiet ta' min isemmi Summit u Rimless. Iżda l-akbar prova ta' attività vulkanika bikrija huma l-marja. Dawn iffurmaw meta impatti ġganteski seħħew fuq is-superfiċi lunari u ħallew ħofor kbar, żbroffaw il-vulkani u l-lava li ħarġet minnhom imliet il-krateri.

Tagħrif ieħor

[immodifika | immodifika s-sors]
Tlugħ l-Art hekk kif jidher mill-qamar fuq Apollo 8, l-24 ta' Diċembru 1968

Il-ġibda gravitazzjonali tal-qamar fuq id-dinja tikkawża l-frugħ u l-mili tal-baħar. L-istess effett fuq il-qamar jikkaġuna l-qofol tal-marea: il-perjodu rotazzjonali tiegħu huwa l-istess bħaż-żmien li jieħu biex jorbita madwar id-dinja. B'riżultat ta’ dan, aħna naraw dejjem l-istess parti ta’ wiċċ il-qamar. Bħalma l-qamar idur mad-dinja, partijiet differenti minn wiċċu jiġu mdawla mix-xemx, u dan iwassal għall-fażijiet lunari. Il-qamar jista’ jaffettwa drastikament l-iżvilupp u l-ħajja fuq id-dinja billi jimmodifika t-temp. Xhieda paleontoloġika u simulazzjonijiet bil-kompjuter juru li t-tmejjil tal-assi terrestri jiġi stabbilit mill-interazzjonijiet tal-marea mal-qamar. Xi teoriċi jsostnu li mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra l-koppji applikati mix-xemx u l-pjaneti lin-nefħa ekwatorjali tad-dinja, l-assi rotazzjonali jistgħu jkunu instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Billi l-qamar huwa qrib id-dinja, tant li jidher kważi daqs tax-xemx (ix-xemx hija 400 darba ikbar mid-dinja iżda l-qamar hu 400 darba eqreb), dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-xemx.

Oriġini lunari

[immodifika | immodifika s-sors]
Animazzjoni fuq il-formazzjoni tal-qamar (ipoteżi)

L-iżjed teorija aċċettata dwar l-oriġini tal-qamar hija t-teorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn ħabta ta’ protopjaneta d-daqs ta’ Marte mad-dinja bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma’ affarijiet oħra) in-nuqqas relattiv ta’ ħadid u elementi volatili fil-qamar, u l-fatt li l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi l-istess bħal dik ta’ wiċċ id-dinja.

Il-qamar bħala satellita tad-dinja għall-komunikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

'Earth-Moon-Earth' (EME) [1] hija forma ta' komunikazzjoni bir-radju fejn is-sinjali mid-dinja jintbagħtu lejn il-qamar u dawn jiġu riflessi mill-wiċċ tal-qamar lura lejn id-dinja. Din is-sistema tintuża mid-dilettanti tar-radju.[2]

Il-qamar u l-isfera ċelesti

[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn wieħed u ieħor, kull 28 jum, il-qamar jagħmel orbita sħiħa tal-isfera ċelesti. Għal min josserva mill-art, jgħodd madwar 29,5 jum minn qamar ġdid għall-ieħor li jmiss (ara fażijiet lunari). Dan minħabba l-moviment kontemporanju tad-dinja. Il-qamar jibqa' dejjem f'reġjun wieħed tas-sema li huwa ż-Żodijaku, li jestendi madwar tmien gradi 'l fuq u 'l isfel mill-eklittika. Din tiġi maqsuma mill-qamar kull ġimagħtejn.

Id-dinja u l-qamar fuq skala.

Fażijiet lunari

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fażijiet lunari.

Il-qamar idur dawra sħiħa madwar id-dinja kull xahar. F'dan il-perjodu, il-ġeometrija bejn it-tliet korpi - id-dinja, il-qamar, ix-xemx - tinbidel. Il-qamar jidher biss meta d-dawl tax-xemx jaqa' fuqu. F'qamar mitluf, xejn ma jkun jidher mis-satellita naturali tad-dinja għax tkun qiegħda bejnha u x-xemx, bid-dawl kollu tagħha jaqa' fuq il-parti tas-superfiċi lunari li ma tidhirx mid-dinja. L-isbaħ għamliet tal-qamar jidru fit-terminatur, il-linja bejn il-lejl u n-nhar.

Eklissi lunari

[immodifika | immodifika s-sors]

Xi kultant, il-qamar jgħaddi minn quddiem id-dell tad-dinja; dan ma jiġrix kull qamar kwinta għaliex il-qamar ma jdurx mad-dinja fuq l-istess pjan kif hija torbita madwar ix-xemx (eklittika), iżda meta l-qamar idur fuq l-istess pjan tal-eklittika, isseħħ l-eklissi lunari.

Il-bniedem fuq il-qamar

[immodifika | immodifika s-sors]
Buzz Aldrin

Total ta' 12-il persuna niżlu fuq is-superfiċi qamrija bejn l-1969 u 1972. Dawn l-astronawti żaru sitt reġjuni u ġabu magħhom fuq id-dinja 382 kg ta' materjal lunari.

Qabel il-missjoni Apollo, wiċċ il-qamar kien attentament studjat minn vetturi spazjali Sovjetiċi u Amerikani. Darba minnhom, waqt wieħed mid-diskorsi tiegħu, il-President Amerikan John F. Kennedy wiegħed li l-bniedem kien se jitla' fuq il-qamar qabel l-1970 u minn dak il-ħin bdiet il-ġirja għall-ispazju.

L-ewwel sitt Apollojiet intużaw bħala prova, u b'xorti ħażina tliet astronawti tilfu ħajjithom waqt esperimenti fuq id-dinja, imma s-suċċess fl-aħħar wasal meta Buzz Aldrin u Neil Armstrong ħarġu barra mill-vettura spazjali u għamlu l-ewwel passi fuq il-qamar fiż-żona msemmija Baħar it-Trankwillità fl-1969.

Apollo 12 niżel ħdejn is-sit ta' Surveyor 3, li kien niżel fl-oċean Prosellarum sentejn qabel. Partijiet mis-surveyor ġew irritornati fuq id-dinja għall-eżamijiet.

Apollo 14 niżel fl-arja ta' Fra Mauro. L-astronawti tal-aħħar tliet Apollijiet koprew ħafna iktar art minn dawk tal-bidu, u dan għaliex kienu megħjuna mir-rovers spazjali.

Minn mindu l-aħħar bniedem ħalla l-qamar fl-1972, ma kien hemm l-ebda pjan ieħor għal iżjed sbarki qamrin.

Ħoloq interni

[immodifika | immodifika s-sors]

Qiegħda fil-ponta ta' lsieni, Ġużè Gatt, Klabb kotba Maltin, 2006.

The Universe, Pam Spence u Iain Nicolson, Publisher:HarperCollins. [3]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  翻译: