Sib informazzjoni għal kull reġjun
Xi tkun?
L-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO) tippermetti li qorti f’pajjiż tal-UE tiffriża l-fondi fil-kont bankarju tad-debitur f’ pajjiż ieħor tal-UE. Il-proċedura tista’ tintuża biss għal każijiet transfruntiera, fejn il-qorti li qed tmexxi l-proċedura jew il-pajjiż tad-domiċilju tal-kreditur jridu jkunu fi Stat Membru differenti minn dak fejn jinsab il-kont bankarju tad-debitur.
Hija tiffaċilità l-irkupru tad-dejn fl-UE.
Il-proċedura biex tinkiseb EAPO hija prevista fir-Regolament (UE) Nru 655/2014.
Hija alternattiva għall-proċeduri legali eżistenti f’kull pajjiż tal-UE.
Tapplika mit-18 ta’ Jannar 2017.
Vantaġġi
Il-proċedura hija rapida u sseħħ mingħajr ma jiġi nfurmat id-debitur (ex parte).
Dan l-‘effett sorpriża”’ jwaqqaf lid-debitur milli jċaqlaq, jaħbi jew jonfoq flusu.
Tapplika fil-pajjiżi kollha tal-UE?
Le. Ir-Regolament ma japplikax fid-Danimarka. Dan ifisser li:
- il-kredituri bbażati fid-Danimarka jistgħux japplikaw għal EAPO
- ma tistax tikseb EAPO fuq kont bankarju Daniż.
Kif għandek tapplika
Issib il-formoli tal-applikazzjoni kollha u aktar informazzjoni hawnhekk.
Tista’ timla l-formoli kollha onlajn.
Ftakar: Ma għandekx għalfejn tagħti dettalji preċiżi dwar il-kont li jrid jiġi ffriżat (pereżempju n-numru tal-kont) jekk mhumiex disponibbli – tista’ tagħti biss l-isem tal-bank fejn hu miżmum il-kont. Jekk ma tafx l-isem tal-bank fejn id-debitur għandu l-kont, skont ir-Regolament tista’ titlob lill-qorti biex issir taf.
Il-kontenut tal-formoli kollha relatati mal-EAPO jinsab fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1823.
Ħolqa relatata
Gwida għaċ - Ċittadini dwar il-Litigazzjoni Ċivili Transkonfinali fl-Unjoni Ewropea (725 Kb)
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.