-
Kawżi ċivili
Bejn il-pajjiżi tal-UE teżisti l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili sabiex tittejjeb l-interoperabilità fost is-sistemi ġudizzjarji
-
Kawżi kriminali
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali hija ffaċilitata bejn il-ġuristi tal-pajjiżi membri tal-UE..
-
Bejgħ fl-irkant bil-qorti
Bejgħ fl-irkant bil-qorti huwa proċediment li permezz tiegħu jiġi organizzat irkant pubbliku tal-beni tad-debitur bil-fini li tinġabar is-somma flus meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-pretensjoni tal-kreditur. L-irkant jista' jiġi organizzat minn imħallef, jew minn delegat tiegħu, jew minn awtorità kompetenti, jew entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn (awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi individwali.)
-
Videjokonferenzi
Il-vidjokonferenzi transfruntiera huma mod rapidu u effiċjenti ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji. Dawn jintużaw għas-smigħ tax-xhieda, tal-partijiet, tal-vittmi u tal-esperti f’ambjent sikur. Il-vidjokonferenzi għandhom ħafna benefiċċji peress li jistgħu inaqqsu l-ispejjeż, l-ivvjaġġar, l-impatt ambjentali, u l-ħin meħtieġ għall-proċeduri tal-qorti, filwaqt li jżidu s-sigurtà.
- Ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni - notifiki tal-Istati Membri