Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Flimkien għal aċċessibiltà

Spazji aċċessibbli - sew fiżiċi kif ukoll virtwali - huma l-ewwel pass vitali għall-ugwaljanza. Jekk persuni b’diżabilità ma jistgħux jaċċessaw it-trasport, il-ħwienet, ġonna pubbliċi, websites u l-bqija, allura mhumiex ħielsa li jagħmlu l-għażliet tagħhom u jieħdu l-kontroll ta’ ħajjithom. L-Istrateġija ta’ għaxar snin għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tal-Kummissjoni tibni fuq liġijiet eżistenti biex inneħħu dawn l-ostakli għall-ugwaljanza l-iktar bażiċi imma li huma sinifikanti.

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Tneħħija ta’ ostakli fiżiċi u virtwali

Raġel f'siġġu tar-roti ma' mara jitbissmu fil-metro. Test li jgħid: flimkien għall-aċċessibbilità, #EUDisabilityRights, #UnionOfEquality.

Miljuni ta’ persuni b’diżabilità għandhom diffikultajiet biex jużaw it-trasport, jaċċessaw bini u jgawdu l-ispazji kondiviżi tagħna bħal bajja u ċentri tal-isports. L-ambjent virtwali mhux inqas ta’ sfida.

Dan jista’ jżommhom milli jaħdmu, jmorru għal appuntamenti mediċi, jissoċjalizzaw, jixtru online, jużaw il-media soċjali u jiksbu informazzjoni vitali li għandhom bżonn biex jgħixu ħajjithom. Mhux dejjem jistgħu jgawdu l-affarijiet bażiċi fil-ħajja li ħafna minna nieħdu bħala ovvji.

Liġijiet eżistenti tal-UE bħall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibiltà u d-drittijiet tal-passiġġier għal persuni b’diżabilità ġabu progress. Imma għad fadal xogħol xi jsir.

L-Istrateġija tistabbilixxi serjè ta’ azzjonijiet biex inneħħu xi ostakli għall-ugwaljanza li għad fadal 

  • Il-Kummissjoni Ewropea ser tniedi ċ-ċentru tar-riżors Ewropew AccessibleEU fl-2022 biex tapoġġa l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ aċċessibiltà fl-UE kollha. Dan ser jipprovdi informazzjoni u prattiċi tajba fis-setturi kollha. L-għan hu li nassiguraw li persuni b’diżabilità jkollhom aċċess aħjar inkluż għat-trasport, bini, informazzjoni, media awdjoviżiva u komunikazzjoni.
  • L-Istati Membri tal-UE għandhom jassikuraw li l-aċċessibiltà tkun inkluża fl-oqsma kollha, inkluż f’attivitajiet relatati mal-bidla għal ekonomija iktar ekoloġika u diġitali u għandhom iħarġu professjonisti għal dan.
  • Il-Kummissjoni ser tara kif liġijiet eżistenti dwar l-aċċessibiltà jiġu implimentati fil-prattika, jidentifikaw lakuni u jaraw jekk hemmx bżonn iktar liġijiet.

Aħna lkoll nistgħu nagħmlu l-parti tagħna biex intejbu l-aċċessibiltà u nagħmlu l-liġi realtà. Għandna bżonn periti biex jiddissinjaw bini innovattiv u aċċessibbli, inġiniera biex jibnu playgrounds fejn it-tfal ta’ kull abbiltà jistgħu jilagħbu flimkien, disinnaturi tal-web biex joħolqu ambjenti online li jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità u impjegaturi biex joħolqu postijiet tax-xogħol aċċessibbli għal kollegi b’diżabilità. Issieħeb mall-ispinta għal soċjetà iktar inklużiva.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna

  翻译: