Is-sigurtà soċjali u s-saħħa

Meta timpjega l-persunal, kun af ir-regoli tal-UE dwar il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema. Ħaddiem jista' jkun suġġett għal-liġijiet tas-sigurtà soċjali ta' pajjiż wieħed biss fi żmien partikolari, li ħafna drabi jkunu l-liġijiet tal-pajjiż fejn jaħdem, bħala impjegat jew ħaddiem għal rasu.

Kun żgur li l-impjegati tiegħek jaħdmu f'ambjent tax-xogħol sikur u b'saħħtu. Bħala impjegatur, int trid issegwi r-regoli tal-UE dwar il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, biex tkun żgur li qed timminimizza r-riskju tal-aċċidenti u tevita s-sitwazzjonijiet perikolużi.

L-aħħar verifika: 27/09/2024
Ikkondividi din il-paġna
  翻译: