It-taxxi fuq il-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji

Distribuzzjonijiet transkonfinali tal-profitti

Jekk għandek kumpanija omm f'pajjiż wieħed tal-UE u sussidjarji f'pajjiż ieħor, tista' telimina kwistijonijiet possibbli ta' taxxa (p.e. it-taxxa doppja) fuq distribuzzjonijiet transkonfinali tal-profitti bejn dawn il-kumpaniji.

Dan japplika jekk:

  • Il-kumpanija omm u s-sussidjarji tiegħek huma bbażati – għall-finijiet tat-taxxi – f'pajjiżi differenti tal-UE
  • Il-kumpanija omm u s-sussidjari tagħha huma soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji (mingħajr il-possibbiltà li jkunu eżentati)
  • Il-kumpanija omm u s-sussidjarji tiegħek huma korrettament reġistrati bħala kumpanija/korporazzjoni (legali minn: Inc., S.A., GmbH., LLC, eċċ.)
  • Il-kumpanija omm tiegħek għandha tal-anqas 10% tal-parteċipazzjoni fil-kapital (jew tad-drittijiet ta' votazzjoni) fil-kumpanija sussidjarja tagħha bbażata f'pajjiż ieħor tal-UE.

Eżenzjonijiet minn taxxa minn ras il-għajn

It-taxxa minn ras il-għajn tista' titħallas fuq il-profitti ta' kumpanija qabel ma ssir id-dikjarazzjoni ta' taxxa sħiħa (li wara li ssir hi tista' tiġi rifondata, jew inkella tista' titħallas aktar taxxa). Għal kumpaniji omm u s-sussidjarji tagħhom, id-distribuzzjoni tal-profitti tista' tkun eżentata minn taxxi minn ras il-għajn. Din taħdem biż-żewġ modi:

  • Jekk tiddistribwixxi l-profitti mill-kumpanija sussidjarja tiegħek għall-kumpanija omm tiegħek
  • Jekk tiddistribwixxi l-profitti mill-kumpanija omm għas-sussidjarji

Dan hu l-każ kemm fil-pajjiż tas-sussidjarja kif ukoll fil-pajjiż tal-kumpanija omm, jekk iż-żewġ pajjiżi huma fl-UE.

Eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja

It-tassazzjoni doppja (talbiet tat-taxxa simultanja minn aktar minn pajjiż wieħed) tista' sseħħ jekk ma ssegwix ir-regoli tat-taxxa b'mod korrett. Biex tevita t-tassazzjoni doppja fuq id-distribuzzjonijiet tal-profitti tiegħek jeħtieġlek:

  • Titlob lill-pajjiż tal-UE tal-kumpanija omm tiegħek sabiex jagħti eżenzjoni ta' taxxa jew kreditu ta' taxxa minn taxxi fuq il-kumpaniji mħallsin fuq profitti mis-sussidjarja (u kwalunkwe sussidjarja f'livell inferjuri).

Self ibridu – nontassazzjoni doppja

It-tassazzjoni doppja tista' sseħħ jekk tittratta l-pagamenti fuq self ibridu transkonfinali bħal:

  • distribuzzjoni ta' eżenzjoni ta' taxxa ta' profitti fil-pajjiż tal-UE tal-kumpanija omm
  • infiq deduċibbli fil-pajjiż tal-UE tas-sussidjarja

Biex dan jiġi evitat:

  • il-pajjiż tal-UE tal-kumpanija omm tiegħek jeħtieġlu jintaxxa d-distribuzzjonijiet tal-profitti riċevuti
  • il-pajjiż tal-UE tas-sussidjarja jeħtieġlu jkun informat li dawn id-distribuzzjonijiet tal-profitti huma deduċibbli mit-taxxa

Liema tipi ta' kumpaniji huma koperti b'dawn ir-regoli?

  • kumpaniji privati
  • kumpaniji pubbliċi limitati
  • kumpaniji Ewropej
  • Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej.

F'xi każijiet jiddependi mill-pajjiżi tal-UE nfushom sabiex jiddeċiedu liema kumpaniji huma koperti minn dawn ir-regoli. Biex taqra aktar ara l-anness tad-direttiva fil-link fit-taqsima tar-referenzi hawn taħt.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 17/03/2022
Ikkondividi din il-paġna
  翻译: